23.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FIL-POLONJA - ĦIDMA






12442. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa l-Polonja tul is-sena li għaddiet?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Il ħidma li saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa l-Polonja hija kif gej:

Politika

L-2018 kienet sena ta ħidma politika intensiva bejn iż-żewg pajjiżi. Dan li ġej huma wħud miż-żjarat li seħħew f’dan il-perjodu:

·              Parteċipazzjoni tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ l-Onor. Carmelo Abela, fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Paċi u Sigurta fil-MedjOrjent, organizzata bejn il-Polonja u l-Istati Uniti u li nżammet f’Varsavja, nhar il-15 ta’ Frar 2019.
·              Parteċipazzjoni tal-Prim Ministru, l-Onor. Dr Joseph Muscat u l-Ministru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, l-Onor. Dr Helena Dalli, fis-Summit Għoli li seħħ ġewwa Varsavja nhar l-1 ta’ Mejju, fl-okkazjoni tal-15 l-Anniversarju mis-Sħubija fl-Unjoni Ewropea taħt it-tema: ‘Together for Europe High Level Summit’.
·              Parteċipazzjoni tal-E.T. Dr George Vella, President tar-Repubblika, flimkien mad-delegazzjoni tiegħu, fl-okkazjoni tat-80 Anniversarju mill-Bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, li nżmm f’Varsavja, nhar l-1 ta’ Settembru.
·              Parteċipazzjoni tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela fil-‘Warsaw Security Forum’, li nżmm f’Varsavja, nhar it- 2 ta’ Ottubru.  Huwa pparteċipa f’panel ta’ diskussjoni bit-tema ‘Pipe-Dream Reality – is the European Union a global power?’ Matul iż-żjara tiegħu f’Varsavja, il-Ministru Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Pollakk, Jacek Czaputowicz, fejn, fost l-oħrajn, dan ta’ l-aħħar kkonferma li l-preparazzjonijiet sabiex tinfetaħ ambaxxata Pollakka f’Malta, issa jinsabu fi stadju avvanzat.
·              Ċelebrazzjoni ta’ ‘Jum l-Indipendenza’ nhar t-23 ta’ Settembru fil-Hotel Regent, Varsavja, fejn għaliha attenda l-Ministru tal-Affarijiet Ewropej Pollakk, membri tal-Parlament Pollakk, numru kbir ta’ ambaxxaturi, membri tal-Kamra tal-Kummerċ, membri tal-komunita tal-kummerċ, il-komunita Maltija fil-Polonja u oħrajn.  Intwera wkoll il-‘video’ tad-diskors tal-Onor. Ministru Abela, ppreparat appożitament għall-okkazzjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali.
·              L-ambaxxatur Grech ipparteċipa f’diversi diskorsi li ngħataw lil studenti li jattendu istitutuzzjonijiet akkademici terzjarji f’Varsavja.  Huwa wkoll stieden diversi minn dawn l-istudenti fir-residenza tiegħu għat-te’, fejn ippreżenta u ddiskuta l-politika barranija ta’ Malta kif ukoll il-kontribut ta’ Malta fl-isforzi kollettivi tal-komunita internazzjonali fir-rigward ta’ temi li jolqtuna mill-qrib, fosthom il-politika marittima, dik tal-ambjent, dik dwar l-immigrazzjoni kif ukoll l-inizjattivi Maltin fin-Nazzjonijiet Magħquda, fosthom l-applikazzjoni ta’ Malta għas-sede mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurta’.
·              L-Ambaxxata segwiet il-proċess ta’skambju ta’ dati bejn l-Gvern Malti w l-Gvern Pollakk sabiex jiġu idenfikati d-dati taż-¯jara Statali tal-President Pollakk f’Malta.  Dan il-proċess għadu ghaddej.
·              L-Ambaxxata assistiet fi preparamenti sabiex delegazzjoni mill-Agenzija Appoġġ tiġi Varsavja u jkollha laqgħat mal-awtoritajiet pubbliċi u tal-Knisja Pollakki li jaħdmu fil-qasam tal-adozzjoni.  Waqt li kienet Varsavja, din id-delegazzjoni għamlet sensiela ta’ ‘interviews’ lil kandidati kwalifikati Pollakki li esprimew interess li jservu bħala ‘Rapprezentant tal-Agenzija Appogg fil-Polonja’ rigward materji li jinvolvu il-proċess ta’ adozzjoni.  L-Ambaxxata assistiet l-Aġenzija Appoġġ sabiex sar dan l-ezerċizju tal-għażla.
Economic/Kummerċjali

·              Sar xogħol ta’ preparazzjoni mal-entitajiet Maltin, fosthom ‘Finance Malta’ kif ukoll mal-Konsolati Maltin f’Lodz u f’Krakovja, sabiex jinżamm ‘event’ relatat mas-servizzi finanzjarji b’aċċenn speċjali fuq il-‘Fintech u Bitcoin’.  Dan l-‘event’ huwa maħsub li jsir f’Varsavja, fejn saħansitra l-ambaxxata ġiet assigurata mis-sit tal-Borza ta’ Varsavja, bħala ‘venue’ għal din l-attivita.  Billi attivita bħal din tirrikjedi l-parteċipazzjoni tal-Ministru u/jew is-Segretarju Parlamentari konċernat, kif ukoll koordinament ma’ uffiċji privati ta’ avukatura speċjalizzati f’ dan il-qasam, flimkien ma nies mid-dinja tal-kummerċ, kemm Pollakki kif ukoll Maltin, il-ħsieb hu li din l-attivita issir fis-sena 2020.
·              Inżammu diversi ‘joint events’ mal-Awtorita Maltija tat-Turiżmu (MTA) fil-promozzjoni tat-Turizmu fil-Polonja, fosthom dawk mal-operaturi tal-ivjaġġar, operaturi speċjalizzati fuq it-tagħlim tal-lingwa Ingliża f’Malta kif ukoll operaturi li jispeċjalizzaw fit-Turiżmu reliġjuż.  L-ambaxxata organizzat nurmu ta’ żjarat fi skejjel f’Varsavja, fejn ippromoviet l-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni turistika permezz ta’ proġetti u attivitajiet oħra li nżammu f’dawn l-iskejjel.
·              L-Ambaxxata assistiet diversi rikjesti minn persuni fid-dinja tal-kummerċ Pollakki u Maltin, permezz ta’ għoti ta’ informazzjoni sabiex jiġi inizjat kummerċ bilaterali.  Dawn kienu jinkludu rikjesti mid-dinja tal-farmaċewtika, ta’ prodotti għall-importazzjoni ta’ ikel u frott, kif ukoll dwar importazzjoni ta’ makkinjarju.

Kulturali

·              L-Ambaxxata pparteċipat f’ċeremonja ta’ l-ogħti ta’ dekorazzjoni mill-Istat Pollakk, magħrufa bħala ‘Knights Cross of the Order of the Rebirth of Poland (Polonia Restituta), lil ċittadin Malti – Anthony Apap – bħala rikonoxximent għall-għajnuna volontarja li offra lill-assoċjazzjoni filantropika Pollakka li ġġib l-isem ta ‘Siemacha’. Din l-assoċjazzjoni tassisti tfal, ġuvintur u tfajliet, ġejjin minn familji fil-bżonn, fl-edukazzjoni vokazzjonali tagħhom, permezz ta’ ċentri ta’ edukazzjoni u taħriġ.
·              Bdew il-preparamenti mal-awtoritajiet kulturali Pollakki sabiex tinġieb f’Lazienki Park – fil-qalba ta’ Varsavja – l-iskultura kbira tal-artist/skultur Malti, Austin Camilleri, ‘Zieme’.  Il-ħsieb hu li din l-iskultura Maltija titpoġġa f’lok prominenti fil-kapitali Pollakka, sabiex tiġi apprezzata mill-pubbliku Pollakk u mit-turisti li jżuru l-belt kapitali Pollakka.  Billi jeħtiegu diversi permessi sabiex dan il-progett iseħħ, il-proġett huwa maħsub li jibda f’Ġunju 2020 u jitħalla esebit għal perjodu ta’ tlett xhur fis-sajf.
·              Partiċipazzjoni tal-poeta Malti, Glenn Calleja fil-proġett ‘Poems in the City, organizzat mill-EUNIC, Warsaw, flimkien ma’ poeti oħra minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea rapprezentati f’Varsavja.  Il-poeżiji magħżula, wara li ġew tradotti bil-Pollakk, ġew esebiti f’postijiet pubbliċi mal-belt kollha, fosthom ma ‘bus shelters’ kif ukoll ħitan pubbliċitarji, bl-iskop li l-poplu Pollakk jkollu konoxxenza tal-poeżija kontemporanja mferrxa mal-UE kollha.  Saru ukoll preżentazzjonijiet letterarji tax-xogħol tal-awtur Malti, flimkien ma’ awturi ohra mill-UE, fiċ-ċentru letterarju tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja f’Varsavja.
·              Flimkien mal-Konsolat ta’ Malta fi Gdynia (Gdansk), l-Akkademja tal-Arti fi Gdansk u bil-kontribut tal-Kunsill Malti Għall-Arti (ACM), l-ambaxxata organizzat wirja ta’ pittura originali f’daqsijiet kbar tal-artist Malti – Gabriel Buttigieg- imsejħa ‘The Beach’.  Din il-wirja ta’ arti kontemporanja ttellet fl-Armerija tal-Akkademja tal-Arti fi Gdansk. Il-Professur Vince Briffa, Kap tad-Dipartiment tal-Istudji Digitali tal-Universita’ ta’ Malta, serva bħala kuratur tal-wirja.  Ġie ppreparat katalgu bil-kulur li kien jinkludi numru ta’ artikli akkademiċi dwar it-temi trattati fil-wirja, fosthom wieħed mill-Ambaxxatur Grech.  L-Ambaxxatur Grech attenda għall-ftuħ tal-wirja li kellha attendenza u kummenti tajbin.  Apparti l-wirja, saru diskussjionijiet bejn l-Universita’ ta’ Malta u l-Akkademja tal-Arti fi Gdansk, rigward il-possibibilita’ ta’ skambju ta’ akkademiċi u wirjiet tal-arti kongunti fil-futur.
·              Lejn l-aħħar tal-2019, ġie iffirmat ftehim ‘Erasmus’ bejn l-Fakulta tal-Istudji Diġitali tal-Universita ta’ Malta mal-Fakulta tal-Arti tal-Universita Jagellonika ta’ Krakovja dwar skambju ta’ akkademiċi kif ukoll wirjiet konġunti bejn artisti miż-żewġ fakultajiet kif ukoll studenti. Dan il-ftehim jista jibda jitwettaq minnufih.
Belarus

·              Nhar l-20 ta’ Mejju, l-ambaxxatur Dr. John Paul Grech ippreżenta l-kredenzjali bħala ambaxxatur ta’ Malta għall-Belarus residenti Varsavja lill-President tal-Belarus, l-ET Alexander Lukashenko.  Waqt iż-żjara tiegħu f’Minsk, l-ambaxxatur Grech kellu laqgħa ta’ kortesija mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belarus, Vladimir Makei u laqgħa oħra mal-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belarus, Evgeny Shestakov.  Ma’ dan ta’ l-aħħar iddiskuta diversi oqsma fejn iż-żewg pajjizi jistgħu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom, fosthom l-oqsma ekonomiċi, it-turiżmu w l-kultura kif ukoll koperazzjoni f’oqsma tekniċi.

·              Nhar it-2 ta’ Diċembru, delegazzjoni mill-Belarus immexxija mill-Viċi Ministru tal-Ekonomija, l-ET. Dzmitry Yarashevich, kellu laqgħa ma’ delegazzjoni Maltija, mmexxija mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, fejn fiha ġiet diskussa l-possibilita ta’ koperazzjoni bejn iż-żewg pajjizi dwar aspetti ekonomiċi, fosthom dik tal-loġistika, fl-isfond tal-posizzjoni ta’ Malta fir-reġjun Mediterranju; IT u Servizzi Finanzjarji. 

Konsolari

L-Ambaxxata ta’ Malta fil- Polonja isservi bħala Konsolat.  Ta’ kuljum l-ambaxxata tirrispondi għal diversi mistoqsijiet u talbiet permezz ta’ emails, tat-telefon u ta’ ittri uffiċċjali (Note Verbale). Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li ġejjin:

Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-¯wieġ / Divorzju
Assistance in the process: 3
Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza
Assistance in the process: 1
1
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
3
Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament
1
Issuance of visa
2
Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport
1
Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati
1
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
20
Number of detained Maltese citizens
1

Seduta  295
04/02/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...