4.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FL-EĠITTU - ĦIDMA




12438. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa l-Kajr, l-Eġittu tul is-sena li għaddiet?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma li saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa l-Kajr, l-Eġittu tul is-sena li għaddiet kien primarjament li tippromwovi r-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Eġittu u mas-Sudan, kif ukoll twettaq ukoll attivitajiet konsulari, kummerċjali u kulturali.

Rwol ieħor fundamentali, li xi kultant m’huwiex apprezzat biżżejjed huwa li l-Ambaxxata, minhabba li li tinsab f’lokazzjoni ġeografika ċentrali bejn id-dinja Għarbija u l-Afrika tintuża bħala hub biex ukoll tippromwovi r-relazzjonijet ma’ pajjiżi minkejja li Malta mhux akkreditata għall-dawn istess. Infatti, fost ix-xogħol li jsir, insibu it-trasmissjoni ta’ noti verbali, abbozzi ta’ ftehim u imejls ta’ kull xorta lejn Malta u l-Ambaxxati ta’ dawn il-pajjiżi u l-assistenza konsulari lill-Maltin li jkunu jinsabu f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi fejn ma hemmx raprezentazzjoni Maltija.

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar din il-ħidma.

Seduta  294
03/02/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...