23.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FL-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA - ĦIDMA


 12445. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda tul is-sena li għaddiet?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Il-ħidma li saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda matul is-sena li għaddiet kienet kif gej:
Bilaterali
·              Matul is-sena li għaddiet, l-Ambaxxata kompliet issegwi l-proċess tan-negozjar dwar ftehimiet pendenti fosthom:

§             Memorandum ta’ Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku dwar il-Liċenzji tas-Sewqan;
§             Memorandum ta’ Ftehim fl-Oqsma tal-Edukazzjoni Għolja u Riċerka Xjentifika;
§             Memorandum ta’ Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ Kummisjoni Mħallta;

·              L-Ambaxxata assistiet fl-organizzazzjoni taż-żjara tal-, l-Onor. Dr Joseph Muscat, bħala Prim Ministru ta’ Malta, bejn l-14 u s-16 ta’ Marzu 2019. L-Ambaxxata assistiet fl-organizzazzjoni ta’ din iż-żjara, u ħadmet sabiex isiru laqgħat bejn l-Onor. Prim Ministru u uffiċjali tal-Emirati Għarab Magħquda. Waqt din iż-żjara, l-Onor Prim Ministru kellu diversi laqgħat, fosthom mal-Crown Prince tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Mohammed bin Zayed Al Nahyan.

·              L-Ambaxxata kellha diversi laqgħat ma’ uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda bl-għan li jissaħħu ir-rabtiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Waqt dawn il-laqgħat ġew diskussi il-Memoranda ta’ Ftehim li qed jiġu negozjati bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll il-possibilita’ ta’ Memoranda oħra li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali. Il-Memorandum dwar il-Rikinoxximent Mutwali dwar il-Liċenzji tas-Sewqan jinsab fi stadju avvanzat u viċin li jiġi iffirmat. Intlaħaq qbil bejn iż-żewġ pajjiżi dwar il-Memorandum fl-Oqsma tal-Edukazzjoni Għolja u Riċerka Xjentifika u il-Memorandum fuq it-Twaqqif ta’ Kummisjoni Mħallta u għaldaqstant dawn iż-żewġ Memoranda huma lesti biex jiġu iffirmati.

·              L-Ambaxxata għenet fl-organizzazzjoni taż-żjara f’Jannar f’Abu Dhabi tal-Onor. Joe Mizzi, bħala Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, biex jattendi il-Konferenza annwali tal-IRENA (International Renewable Energy Agency).

·              L-Ambaxxata għenet fl-organizzazzjoni taż-żjara f’Settembru f’Abu Dhabi tal-Onor. Joe Mizzi, Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, biex jattendi it-24th World Energy Congress.

·              L-Ambaxxata ikkomunikat mal-aġenziji tal-Pulizija taż-żewġ pajjiżi dwar kompetizzjoni bejn id-dipartimenti SWAT tal-pulizija ta’ diversi pajjiżi li saret f’Abu Dhabi f’Awwissu 2019. Il-Pulizija ta’ Malta eventwalment iddeċidiet li ma tipparteċipax f’din il-kompetizzjoni.

·              L-Ambaxxata għenet fl-organizzazzjoni ta’ laqgħa fil-marġni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’Settembru bejn l-Onor. Carmelo Abela, eks Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ta’ Malta, u Sheikh Abdullah Bin Zayed Bin Nahyan, Ministru tal-Affarijiet Barranin u Koperazzjoni Internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda. Din il-laqgħa eventwalment ġiet ikkanċellata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ta’ Malta.

·              L-Ambaxxata ipparteċipat f’laqgħat ta’ kull xhar, bejn id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Ambaxxati tal-Pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea, fejn ġew diskussi avvenimenti relevanti interni u fir-reġjun tal-Golf.

Kummerċjali

·              L-Ambaxxata ħadmet sabiex tiġi organizzata żjara lejn Malta minn uffiċjali għolja tal-Abu Dhabi Fund for Development. Dan sar wara laqgħa fl-Ambaxxata mad-Direttur Ġenerali tal-Abu Dhabi Fund for Development, fejn ġie diskuss l-interess f’investiment sostanzjali f’Malta mill-Abu Dhabi Fund for Development. Din iż-żjara ġiet posposta mill-Abu Dhabi Fund for Development

·              L-Ambaxxata għenet persuni u entitajiet lokali li wrew interess li jinvestu f’Malta, billi tindikalhom l-awtoritajiet pertinenti Maltin li jistgħu jgħinuhom biex jinfetħu kumpaniji f’Malta.

Kulturali

·              L-Ambaxxata ħadet sehem fl-Esibizzjoni “Sheikh Zayed and the Europeans” li ġiet organizzata bejn id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.  F’din l-Esibizzjoni, li  kkommemorat il-100 sena mit-twelid tal-Fundatur tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Zayed bin Nahyan, l-Ambaxxati tal-Pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea esebixxew oġġetti u ritratti li jfakkru ir-relazzjoni tagħhom mal-Emirati Għarab Magħquda.

Konsolari

Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid
1
Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza
2
Power of attorney / Prokura
18
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
151
Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament
70
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
87

·              L-Ambaxxata ipproċessat 3095 il-applikazzjoni ta’ viża għal Malta u għat-territorju tax-Schengen.

·              L-Ambaxxata għenet lil persuni Maltin li talbu l-għajnuna tagħha għal raġunijiet varji ta’ natura konsolari. Fost dawn il-każi, l-Ambaxxata għenet biex instabet persuna ta’ nazzjonalita Maltija li kienet irrapurtata nieqsa f’Abu Dhabi.

Promozzjoni ta’ Malta

·              L-Ambaxxata kellha laqgħat u offriet l-għajnuna tagħha lil istituzzjonijiet edukattivi Maltin li wrew interess li jinġiebu studenti bbażati fl- Emirati Għarab Magħquda biex jistudjaw f’Malta.

·              L-Ambaxxata ħadmet għall-promozzjoni ta’ kandidaturi Maltin għal Instituzzjonijiet Internazzjonali waqt laqgħat ufficjali u waqt avvenimenti soċjali.

Oħrajn

·              L-Ambaxxata offriet l-għajnuna tagħha lill-kontinġent Malti li pparteċipa fl-Olimpjadi Speċjali li saru f’Marzu f’Abu Dhabi. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mis-Sinjura Michelle Muscat, u kienet irrappreżentata minn 28 atleta. Il-parteċipazzjoni Maltija kienet ta’ suċċess notevoli u id-delegazzjoni rebħet 40 midalja: 12 tad-deheb, 13 tal-fidda u 15 tal-bronż.

·              L-Ambaxxata ħadmet fuq talba mill-Avukat Ġenerali ta’ Malta għal Assistenza Legali Mutwali mill-Awtoritajiet tal-Ġustizzja tal-Emirati Għarab Magħquda.

·              L-Ambaxxata ipparteċipat fit-18 il-sessjoni tal-Konferenza Ġenerali tal-UNIDO (United Nations Industrial Development Organization) bit-tema “Industry 2030 – Innovate. Connect. Transform our Future” li saret f’Novembru f’Abu Dhabi.

·              L-Ambaxxata ipparteċipat fit-tmien sessjoni tal-Konferenza tal-Istati Membri tal-UNCAC (United Nations Convention against Corruption) li saret f’Diċembru f’Abu Dhabi.

·              L-Ambaxxata irrappurtat lura lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ta’ Malta fuq diversi avvenimenti ta’ interess għal Malta li seħħew fl-Emirati Għarab Magħquda u fir-reġjun tal-Golf u kif dawn jolqtu lil Malta.

·              Rapport dwar l-inklużjoni tal-Emirati Għarab Magħquda fil-lista tal-Ġurisdizzjonijiet Non-Kooperattivi fil-Qasam ta’ Tassazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Seduta  295
04/02/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...