4.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FIL-BELĠJU - ĦIDMA






12426. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa Brussell, il-Belġju?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Il-ħidma fl-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell ma taqta’ qatt.  Bejn il-preżenza ta’ komunita’ Maltija sinifikanti, bejn il-preżenza tan-numru ta’ Ambaxxati u rappreżentazzjonijiet diplomatiċi (Brussell qiegħda fit-tieni post bl-ikbar preżenza diplomatika), il-ħidma tal-Ambaxxata hija waħda bla qtiegħ u dejjem timrah għal dawk l-opportunitajiet li kapaċi jsarrfu fi promozzjoni għal pajjiżna. Infurmat li Il-ħidma matul is-sena li għaddiet, tittratta

Bilaterali

L-Ambaxxata Maltija fil-Belġju sa minn meta infetħet dejjem kienet strumentali sabiex jitkattru r-relazzjonijet bejn Malta u l-Belġju u Malta u l-Lussemburgu. Sar ħafna xogħol ukoll sabiex jinbtu relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra li Malta ma kellhiex relazzjonijiet diplomatiċi magħhom. Mill-bidu tas-sena 2019 l-Ambaxxata Maltija fi Brussel kompliet bil-ħidma kontinwa sabiex tkompli tikber il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Belġju, il-Lussemburgu u l-pajjiżi l-oħra li għandhom Ambaxxata akkreditata fil-Belġju.  Barra minnhekk impenn regolari tal-Ambaxxata hu s-sostenn li ngħata lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor Carmelo Abela meta attenda għal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin (FAC) jew laqghat gholja ohra ghal erbatax-il darba.  L-Ambaxxata ghinet ukoll lid-delegazzjoni tal-President Emeritu l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca li ta’ kull xahar tattendi ghal-laqghat tal-Eurochild li l-E.T. tippressjedi.  Impenn importanti iehor kien meta matul ix-xhur ta’ Marzu, April, Ġunju, Awwissu, Ottubru u Diċembru fejn l-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa’ lill Onor.Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta’ Malta u d-delegazzjonijiet tiegħu u akkumpanjahom fil-laqgħat tal-Kapijiet tal-Istat u Gvern tal Unjoni Ewropea li kellhom fi Brussell. 
Uħud mill-impenji bilateral oħra huma elenkati hawn taħt:-

·              17 ta’ Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lil Dr Jean De Brabander fl-Ambaxxata Maltija sabiex jgħaddilu d-dokumenti uffiċjali tal-ħatra tiegħu bħala Konslu Onorarju ta’ Malta għall-ġurisdizzjoni tal-Provinċja ta’ Limburg fil-Belġju. B’din il-ħatra ġdida Malta issa għandha ħames Konsli Onorarji fil-Belġju.
·              23 ta’ Jannar– l-Ambaxxatur Azzopardi u d-deputat tiegħu s-sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata Maltija mas-sur Sam Vandenabeele, Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Fjamming tal-Belġju. Id-Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Fjamming is-sur Vandenabeele għadda ittra b’talba għall-għajnuna sabiex Malta tagħti s-sapport tagħha fil-kandidatura tal-Ministru Muyters għall-Elezzjonijiet Ewropej dwar l-Anti-Doping.  L-ittra li kienet miktuba ukoll b’Malti perfett, ġiet mgħoddija lil Awtoritajiet Maltin. Malta ddeċidiet li tivvota għall kandidatura Belġjana. Din id-deċiżżjoni ġiet ikkomunikata lid-Direttur Vandenabeele li talab lil Ambaxxata Maltija fil-Belġju twassal l-apprezzamement tiegħu f’isem il-Gvern Fjamming tal-Belġju lil Gvern u l-awtoritajiet Maltin.
·              28 ta’ Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi u s-sinjura Carabott attendew għad-Diplomatic Contact Days organizzat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Belġjan.
·              29 ta’ Jannar – Is-sinjura Carabott attendiet ikla organizzata mill-Missjoni konġunta tar-Renju Unit għan-NATO għall-pajjiżi Ewropej tal-Punent magħrufa bħala Western European Partners (WEP 6).  Ir-Rapreżentanta Permanenti tar-Renju Unit għan-NATO, l-Ambaxxatriċi Sarah Macintosh ħadet l-okkażżjoni sabiex isseġwi mill-qrib l-ilmenti tal-pajjiżi partners, partikolarment minħabba d-diviżżjoni li nħolqot fin-NATO mal-pajjiżi partners wara li dawn tħallew fil-binja l-antika waqt li l-allejati u l-Amministrazzjoni tan-NATO marru faċċata fil-binja tal-Kwartieri ġodda tan-NATO. Pajjizi partners bħal Finlandja esprimew id-diżappunt li qed jħossuhom maqtugħa politikament mill-kuntatt tal-kumplament tal-membri.
·              5 ta’ Frar - l-Ambaxxatur Azzopardi attenda għaċ-ċerimonja simbolika tal għotja tal-Bandiera tar-Rumanija mill-Konslu Ġenerali tar-Rumanija lis-sindku ta’ Brussel fis-sala tal-binja tal-Kunsill fi Gran Place. Din iċ-ċerimonja kienet parti mill-attivitajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
·              7 ta’ Frar – il-Konslu Onorarju ta’ Malta għall Provinċji ta’ Liège, Namur u Lussemburgu fil-Belġju,il-Baruni Ernest de Laminne de Bex, issokta bil-ħidma tiegħu sabiex jkomplu jissaħħu r-relazzjonijijiet bejn Malta u l-Belgju, billi organizza żjara uffiċjali fil-Provinċja tal-Lussemburgu li hi Provincja fit-tarf tan-nofsinhar tar-Reġjun tal-Wallonja fil-Belġju.  Wara l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-delegazzjoni żaru wieħed mill-aktar postijiet importanti fir-reġjun Ardennes li jfakkar it-tieni Gwerra Dinjija permezz tal- Mużew tal-Gwerra f’Bastogne. Wara żaru il-Euro Space Centre, Park tax-xjenzi li jiġbor fiħ museum rigward l-iżvilupp tax-xjenza u ċentru ta’ taħriġ astronawtiku u spazjali li jservi ukoll bħala attrazzjoni turistika għall familja kollha.
·              12 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħa mas-sur Yann Le Cam, Kap Eżekuttiv tal-EURORDIS, l-organiżżazzjoni Ewropeja li tigbor fiha l-Assoccjazzjonijiet u Għaqdiet Volontarji li jaħdmu sabiex iwasslu għajnuna u għarfien dwar il-Mard Rari.
·              21 ta’ Frar – is-Sinjura Carabott attendiet għall-laqgħa li ġiet organizżata mic-CIDIC (Ċentru Ewropew għall Ekonomija, Akkademja u d-Diplomazija Kulturali) fejn l- Ambaxxata Bilaterali tar-Rumanija fil-Belġju ppreżentat il-prijoritajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Preżentazzjoni saret fir-residenza tal-President tac-CIDIC, li hu ukoll il-Konslu Onorarju ta’ Malta.
·              22 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor Dr. Chris Fearne bi tħejjija għas-Simposium Internazzjonali EUFOREA li kellu jiġi organiżzat f’ Malta fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju 2019.
·              25 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Parlament ta’ Malta, l-Onor. Dr Anġlu Farrugia, mal-iskrivan tal-Kamra tar-Rappreżentanti is-sur Ray Scicluna, mas-Segretarju Personali tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti is-Sur Ancel Farrugia u mad-Direttur tal-Parlament is-sur Pierre Mallia dwar il-loġistika kollha għas-Simposium Internazzjonali EUFOREA li kien ippjanat li jsir fil-Plenarja tal-Parlament Malti.
·              28 ta’ Frar – Ambassador Azzopardi attenda għall-ewwel Business Lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fl-okkażżjoni tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala mistieden speċjali attenda d-Deputat Prim Ministru u Ministru Għall-Affarijiet Barranin, Kummerċ, Intern u Immigrazzjoni Didier Reynders li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni politika fil-Belġju.
·              6 ta’ Marzu – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott attendiet għall- ftuħ tal-konferenza ddedikata għall Multilingwiżmu u l-Frankofonija.
·              7 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mid-deputat tiegħu s-sinjura Carabott iltaqgħu mas-sur Patrick Hemmer, l-Advisor Diplomatiku tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu l-Eċċellenza Tiegħu Xavier Bettel. L-iskop tal-laqgħa kien li jiġu skambjati l-idejat għall possibilta’ ta’ żjara uffiċjali mill-Prim Ministru ta’ Malta u s-Sinjura Muscat fuq stedina tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu. Iż-żewġ naħat iddiskutew l-iżvilupp tal-ekonomija taż-żewġ pajjiżi u s-suċċess fil-ħidma taż-żewġ pajjiżi. Wara din il-laqgħa, l-Ambaxxatur u s-sinjura Carabott kellhom laqgħa mas-sur Oliver Baldauff, Deputat Direttur għall-Affarijiet Politiċi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu fejn ukoll tressqet it-talba ta’ Malta għal appoġġ tal-Lussemburgu għall-kandidatura ta’ Malta fuq l-IMO.
Wara l-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu, Dr Michel Molitor, stieden lil Ambaxxatur u s-sinjura Carabott għall-business lunch sabiex ikomplu jigu diskussi l-aħħar żviluppi dwar d-Diaspora Maltija fil-Lussemburgu.
Filgħaxija l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-deputat tiegħu attendew għaċ-ċerimonja li saret sabiex jitfakkar il-50 Anniversarju minn meta bdew l-ewwel pubblikazzjonijiet mill-uffiċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. F’din l-attivita’ attendew għaliha l-Altezza Rjali l-Gran Duka tal-Lussemburgu, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, diversi Ministri tal-Kabinett,diversi Ambaxxaturi u uffiċjali għolja tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
·              12 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lill-Ambaxxatur l-Eċċellenza Tiegħu Ridha Ben Mosbah, Ambaxxatur tat-Tunisija għar-Renju tal-Belġju.  F’din il-laqgħa li saret fl-Ambaxxata Maltija f’Dar Malta fi Brussel, ġew diskussi r-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u kif jistgħu jkomplu jissaħħu dawn ir-relazzjonijiet. 
·              13 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu żjara ta’ kortesija mill Eċċellenza Tiegħu Pavel Klucky, Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka. Matul il-laqgħa ż-żewġ Ambaxxaturi ddiskuttew ir-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ naħat u kif jistgħu joktru f’oqsma diversi.
·              15 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mis-sinjura Carabott attendew laqgħa ta’ informazzjoni mal-konsulenti Glenaki, rappreżentanti tal-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta għall Belġju u l-Lussemburgu (BELUX). Matul il-laqgħa li saret fl-uffiċini ta’ Glenaki fi Brugge, giet spjegata l-istrateġija li ġiet introdotta sabiex jiġu attirati turisti mill-Belġju u l-Lussemburgu lejn Malta.
·              15 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ fl-Ambaxxata lis-sinjura Carmen Buttigieg, Direttur għall-Affarijiet marbuta mad-Difiża fejn gew diskussi l-oqsma li jorbtu ħidma aktar mill-qrib bejn l-Ambaxxata Maltija u d-direttorat.
·              22 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda għall-laqgħa li ssejħet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Eċċellenza Tiegħu Didier Reynders, li saret fil-Palazz Egmont u kienet tittratta l-kandidatura tal-Belġju għall-post ta’ Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.
·              26 ta’ Marzu – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott attendiet għall-sessjoni ta’ informazzjoni organizzata mill-Ambaxxata Kanadiżia bi preparazzjoni tal-Pride Belġjana fejn għall-ewwel darba d-diplomatiċi kienu kienu qed jiġu mistiedna li jimxu flimkien wara l-istreamer ‘’Diplomats for Equality.’’
·              26 ta’ Marzu – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott attendiet għat-tieni business lunch organiżżat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fil-Belġju. Il-Mistiedna tal-unur kienet il-Ministru tal-Parlament Federali għas-Saħħa l-Eċċellenza Tagħa Maggie De Block.
·              2 t’April – Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħa mal-Konslu Onorarju ta’ Malta għall-Provinċji ta’ Liège, Namur and Luxembourg, il-Baruni Ernest de Laminne de Bex dwar il-laqgħa li ser tiġi organiżżata mill-Ministeru għal Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Konsli Onorarji kollha li ser issir f’Malta f’Mejju 2019.
·              2 t’ April – l-Ambaxxata organiżżat laqgħa għas-sitt Konsli Onorarji ta’ Malta fil-Belġju u l-Lussemburgu. Matul il-laqgħa s-sitt Konsli Onorarji ppreżentaw rapport dwar il-ħidma tagħhom fix-xhur li għaddew u ressqu il-programm ta’ ħidma tagħhom għax-xhur li ġejjin. Fit-tmiem il-laqgħa li saret fil-media room tal-Ambaxxata Maltija f’ Dar Malta, l- Ambaxxatur u d-deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott, qassmu kotba u informazzjoni dwar Malta lill- Konsli Onorarji.
·              4 t’April – Ms Carabott laqghet is-sur Joseph Borg, ic-Chairperson tal-Insuleur, li għamel laqgħa tal-Insuleur fil-bini tal-Ambaxxata, bil-kortesija tal-Ambaxxatur u l-istaff tal-Ambaxxata Maltija fil-Belġju.
·              14 -18 t’April – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott laqgħet u akkumpanjat lill Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca President Emeritus u d-delegazzjoni Tagħha waqt zjarat li kellhom fil-Belġju.
·              24 t’April – l-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħat mas-Sur Riad Fechkeur Chairman Eżekuttiv ta’ Speed Group dwar diversi oqsma ta’ ħidma ekonomika f’pajjiżna.
·              2-5 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda u indirizza s-simpożju ta' l-EUFOREA li sar f'Malta fil-Plenarja tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Malti bl-isforzi u l-faċilitazzjoni tal-Ambaxxatur u bl-għajnuna tal-Konsli Onorarji Ernest de Laminne de Bex u Jean De Brabander. Is-Simpożju ta’ Malta EUFOREA - “Aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-kura tas-saħħa fil-mard ta’ Allergy u Airways permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ għodod diġitali u edukattivi” attendew ħafna Rappreżentanti Għolja ta’ Akkademiji Ewropej u esperti dwar is-suġġett, Malta kienet irrappreżentata fis-Simpożju minn Dr Martin Balzan, President tal-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta u Dr Adrian M. Agius President tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' l-Otolaryngologists u kirurgi tar-ras u tal-għonq. Is-Simpożju ta’ Malta EUFOREA ġie ndirizzat ukoll mill-Onor. Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta' Malta, l-Onor Dr. Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Dr Chris Fearne Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa u l-Onor. Dr Maria Deguara, Kelliema tal-Oppozizzjoni ghal- Aging Active, Persuni b'Diżabilità u l-ġlieda kontra d-Dipendenzi u forom oħra ta ’Dipendenza. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ l-Onor Carmelo Abela attenda s-sessjoni tal-ftuħ. Is-Simpożju kien ippresedut konġunt mill-Onorevoli Dr Anglu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati u kien imxandar dirett fuq il-Kanal tal-Parlament.
·              8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ċ-ċerimonja fil-qabar tal-suldat mhux magħruf li jikkommemora l-74 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-Ambaxxatur Azzopardi fassal girlanda għall-okkażjoni.
·              14 u 18 ta’ Mejju – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet għal laqħat ta’preparazzjoni u ppartecipat fil-parata tal-Belgian Pride ma’ diplomatic ohrajn wara l-bandalora ‘’Diplomats for Equality’’.  Din il-partecipazzjoni kongunta ta’ diplomatici saret ghal ewwel darba gewwa Brussell.  Malta nghaqdet ma’ pajjizi ohrajn f’Dikjarazzjoni Kongunta u tellghet il-bandiera tal-qawsalla fl-entratura ta’ Dar Malta.
·              27 ta’ Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet għal konferenza mtella’ mid-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Fjandri rigward analizi tar-rizultati tal-elezzjonijiet federali fil-Fjandri u dawk Ewropej.
·              28 ta’ Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet għal laqgha mtella’ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Belgju rigward il-politika tal-Belgju lejn l-Afrika.
·              28 – 31 ta’ Mejju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi attenda ghal laqgha annwali u l-programm shih tal-Ambaxxaturi f’Malta.
·              11 ta’ Gunju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda working lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija f’okkazzjoni tal-Presidenza taghhom tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.  Fl-istess gurnata l-Ambaxxatur rcieva zjara ta’ kortezija mill-Ambaxxatur tal-Malasia, l-E.T. Hassan Sobir.
·              22 u 23 ta’ Gunju – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal programm shih ta’ celebrazzjonijiet f’okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.  Matul il-programm fil-Lussemburgu, l-Ambaxxatur sab hin biex jiltaqa’ mal-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu Michel Molitor fejn iddiskutew suggetti ta’ kooperazzjoni ma’ Malta. 
·              18 u 19 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Azzopardi u d-Deputat Carabott akkumpanjaw id-delegazzjoni tal-Prim Ministru li kienu fuq zjara bilaterali ta’ jumejn fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.  Matul il-programm taz-zjara bilaterali, l-Ambaxxatur u d-Deputat akkumpanjaw il-Prim Ministru ghal-laqghat mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu l-E.T. Xavier Bettel, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu l-E.T. Jean Asselborn, mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-President tal-Parlament.  L-Ambaxxata ta’ Malta ghal-Lussemburgu organizzat riceviment u laqgha bejn il-Prim Ministru ta’ Malta u l-komunita’ Maltija li tghix gewwa l-Lussemburgu. 
·              21 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi attenda l-programm tac-celebrazzjonijiet f’okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Belgju li nkluda Te Deum fil-Katidral, riceviment mil-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin Didier Reynders fil-Palazz Egmont u parata militari fit-totoq quddiem il-Palazz Rjali.  Filghaxija attenda wkoll ghar-riceviment li sar fir-residenza tal-Baruni De Laminne De Bex li huwa l-President tac-Cirklu Diplomatiku u Kulturali (CIDIC) u Konslu Onorarju ta’ Malta fejn indirizza lill-ambaxxaturi, akkademici u entrepreneurs. 
·              25 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien mar-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea Daniel Azzopardi u mad-Deputat Rapprezentant Permanenti Lorenzo Vella kellhom working lunch mal-Kummissarju Malti Karmenu Vella.
·              26 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien ma’ numru t’Ambaxxaturi ohra attenda ghal-attivita’ socjali ta’ tisjir mtella’ mill-President tal-Parlament Fjamming.
·              2 t’Awwissu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgha bilaterali mal-Ambaxxatur tan-Norvegja fejn iddiskutew proposti ta’ ghajnuna finanzjarja ghal Malta.
·              5 t’Awwissu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien mal-Ambaxxatur tal-PSC Clint Flores kienu mistiedna ghal working lunch mill-Ambaxxatrici tan-Norvegja flimkien ma’ zewgha s-Segretarju Generali tan NATO Jens Stoltenberg fir-residenza taghhom.
·              19 t’Awwissu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu working lunch mal-Konslu Onorarju Paul Cools.
·              28 t’Awwissu – L-Ambaxxata kkordinat il-laqghat li saru gewwa Dar Malta bejn Kenup u DH Sante.
·              29 t’Awwissu – Id-Deputat Carabott kellha laqgha preparatorja mal-Konslu Onorarju De Laminne De Bex rigward il-Jum Nazzjonali ta’ Malta li saret fir-residenza tieghu.
·              1 ta’ Settembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghac-cerimonja f’Antwerp li tikkommemora il-75 anniversarju mil-liberazzjoni ta’ Antwerp.  Matul ic-cerimonja l-Ambaxxata pprezentat kuruna tal-fjuri.  Fit-3 ta’ Settembru ppartecipat ghal cerimonja simili ohra f’okkazzjoni tal-liberazzjoni tal-Belgju. 
·              5 ta’ Settembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal working lunch organizzat mill-Ambaxxata Finlandiza f’okkazzjoni tal-Presidenza tal-Finlandja tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn il-mistieden specjali kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghal-Affarijet Barranin Belgjan, l-E.T. Didier Reynders.
·              14 ta’ Settembru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal-Jum tal-Wallonia organizzat f’Namur.  Matul il-programm ta’ celebrazzjonijiet, l-Ambaxxatur attenda ghad-diskors tas-Sindku tal-belt ta’ Namur u wara dak tal-Gvernatur tal-Provincja ta’ Namur.  Il-Ministru-President tar-Regjun tal-Wallonia organizza riceviment lill-korp diplomatiku fejn l-Ambaxxatur kellu l-okkazzjoni jiltaqa’ u jiddiskuti mal-E.T. il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Xavier Bettel.
·              14 – 17 ta’ Settembru – L-Ambaxxatur Azzopardi laqgha lill-E.T. Monsinjur Charles Scicluna, Arcisqof ta’ Malta.  Il-Hadd 15 ta’ Settembru l-Arcisqof qaddes quddiesa gewwa Kraainem fejn l-Ambaxxata hadet hsieb il-logistika kollha u hadet hsieb tinforma lill-komunita’ Maltija.  Wara l-quddiesa l-Arcisqof sab hin jiddiskuti mal-Maltin prezenti u anki ma’ barranin li kienu prezenti ghall-quddiesa.  Wara l-quddiesa, l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja lill-E.T. Monsinjur Scicluna ghal-laqgha tal-Cenacle fejn gew milqugha mis-Sinjura Brenninkmeijer.  Fis-17 ta’ Settembru l-E.T. Monsinjur Scicluna kellu laqgha gewwa Dar Malta mal-Ambaxxatur Azzopardi u wara ltaqa’ mal-istaff tal-Ambaxxata bilateral u mal-istaff tar-Rapprezentanza Permanent f’ Dar Malta.
·              25 ta’ Settembru – L-Ambaxxatur Azzopardi rcieva zjara ta’ kortezija mill-Ambaxxatur tal-Grecja, l-E.T. Dionyssios Kalamvrezos fejn tkellmu fuq l-isfidi tal-immigrazzjoni u x-xena politika kurrenti tal-Belgju.
·              27 ta’ Settembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal cerimonja f’okkazzjoni tal-Frankofonija organizzata mill-Federazzjoni tal-Parlament Wallonia-Brussell.
·              4 t’Ottubru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal-laqgha rigward mizuri ta’ sigurta’ gewwa l-hotels matul akkomodazzjoni ta’ VIPs.
·              9 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lis-Sur Beppe Galea, Segretarju Generali tal-European Democrat Students.  Din il-posizzjoni ttiehdet minn zaghzugh Ghawdxi ghall-ewwel darba.  F’din l-okkazzjoni l-Ambaxxatur Ray Azzopardi wieghed il-kollaborazzjoni tieghu lejn ix-xoghol tal-organizzazzjoni.
·              10 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghar-riceviment fl-okkazzjoni tal-anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta organizzat mill-Membru Malta fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Sur Leo Brincat.
·              12 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal working lunch mas-Sur Willy Deswaef, President tal-Unjoni Konsolari tal-Belgju.
·              22 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal working dinner mal-Konslu Onorarju ta’ Malta Geert Sciot fejn iddiskutew diversi progetti gewwa Malta.
·              24 t’Ottubru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal laqgha organizzata mill-Ambaxxata tan-Nigerja fuq il-kandidatura taghhom fuq l-IMO.  Matul din il-laqgha, is-Sinjura Carabott fakkret fil-proposata ta’ Malta ghall-arrangament ta’ sapport reciproku.
·              29 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi laqgha lid-delegazzjoni Maltija ta’ Sindki u Kunsilliera gewwa Dar Malta fejn ipprezentalhom x-xoghol u l-hidma li taghmel l-Ambaxxata Maltija gewwa Brussell.
·              4 ta’ Novembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal working lunch organizzat mill-Ambaxxata Finlandiza f’okkazzjoni tal-Presidenza Finlandiza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.  Il-mistieden specjali kien l-E.T. Jan Jambon, Ministru-President tal-Fjandri fejn tkellem dwar il-prijoritajiet tal-Gvern Fjamming.
·              5 ta’ Novembru- L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgha bilaterali mal-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ Maltija tas-Servizzi Finanzjarji, is-Sur Joseph Cuschieri.
·              6 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Azzopardi u s-sinjura Carabott iltaqghu mas-Sur Alex Grima, membru fuq il-Kunsill tal-Maltin li jghixu barra fejn tkellmu dwar il-Konvenzjoni tal-2020 fejn se tlaqqa’ lil Maltin li jghixu barra minn Malta.
·              15 ta’ Novembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet ghat-Te Deum organizzat lil korp diplomatiku f’okkazzjoni ta’ Jum ir-Re.
·              18 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal working lunch ma’ Dott. Mark Camilleri, li jahdem mal-Business Bureau Kanadiz.
·              19 ta’ Novembru - L-Ambaxxatur Azzopardi rraprezenta lil Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Promozzjoni tal-Kummerc fid-9 Forum bejn l-Ewropa u c-Cina.
·              22 ta’ Novembru - L-Ambaxxata laqghet lis-Sur Isaac Sammut mill-Agenzija Maltija Tech Malta fejn spjega x-xoghol tal-Agenzija.  L-Ambaxxatur Azzopardi elenka xi diffikultajiet li investituri potenzjali jwasslulu fejn jidhlu xi prattici bankarji.
·              26 ta’ Novembru – L-Ambaxxata organizzat ikla b’rizq il-Konslu Onorarju Maurice Greindl fl-okkazzjoni tal-irtirar tieghu.  Matul l-ikla, l-Ambaxxatur Azzopardi fahhar lil Konti Greindl ghas-servizz tieghu lejn Malta matul is-snin.
·              11 ta’ Dicembru – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi, ir-Rapprezentatnt Permanent Danieal Azzopardi u d-Deputat Rapprezentant Permanent flimkien mal-voluntiera tal-Pink October ipprezentaw is-somma ta’ ‘l fuq minn elfejn Ewro lil Rare Diseases Malta.
Kummerċjali
Matul din is-sena l-Ambaxxata kompliet ukoll bil-ħidma sabiex tqiegħed isem pajjiżna f’kull fora, sabiex b’hekk tħajjar aktar negozjanti jesploraw il-vantaġġi ta’ Malta fl-oqsma tal-kummerċ u ekonomija. B’hekk aktar imprendituri bdew iffittxu aktar informazzjoni u ressqu sabiex jibdew negozju ma’ pajjiżna. Il-ħidma kienet mifruxa kif indikat hawn taħt:
·              30 ta’ Jannar – l-Ambaxxatru Azzopardi u s-sinjura Carabott iltaqgħu fl-Ambaxxata Maltija mas-sur Joseph Borg, President tal-Gozo Business Chamber and Insuleur u s-sur Michael Galea, Vici-President tal-Gozo Business Chamber. Wara skambju tas-saħħiet u l-isfidi ffaċċjati minn Għawdex, ir-rappreżentanti infurmaw li Għawdex qiegħed jippresiedi l-Insuleur u bi sforz biex jgħin lill-Kamra fil-laqgħat tagħha fi Brussell, l-Ambaxxata offriet id-disponibbiltà ta' Dar Malta biex torganizza diskussjonijiet importanti bħal dawn.
·              5 - 6 ta' Frar - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u akkumpanja d-delegazzjoni tal-Kummissarju Malti tal-Films, is-Sur Johann Grech waqt żjara li għamel fil-Belġju. L-Ambaxxatur introduċa lis-Sur Grech mas-Sur Dirk Timmerman bil-għan li jiffaċilita l-kuntatti u jippromwovi l-inċentivi ta’ Malta fl-industrija awdjoviżiva.
·              11 ta' Frar - l-Ambaxxata organizzat laqgħa bilaterali mal-Prof Roland Gueubel dwar l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw il-proġett B-Life. L-aġġornamenti kollha ġew trasmessi lill-Uffiċċju tas-segretarju Permanenti għall-konsiderazzjoni.
·              28 ta' Frar - L-Ambaxxata organizzat l-aħħar laqgħa tagħha mal-Prof Gueubel dwar il-proġett B-Life. Din kienet l-aħħar laqgħa tat-tip peress li, fin-nuqqas ta' konferma tanġibbli biex tipproċedi bil-proġett, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, taħt l-awspiċi li l-proġett kien se jiġi implimentat bla ħlas, iddeċidiet li tikkanċella l-iskjerament potenzjali ppjanat għal-2019 minħabba n-nuqqas ta' ħin biżżejjed biex tippjana l-iskjerament.
·              29 ta' Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi iltaqa’ mas-Sinjura Sophie Massage kap tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u Kummerċjali tal-Investiment għall-Fjandri, għall-Wallonja u għar-Reġjuni ta' Brussell fl-Ambaxxata Belġjana għal Malta f'Ruma. Waqt din il-laqgħa l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Massage iddiskutew l-iżviluppi ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Belġju wara ż-żjara tagħha f'Malta aktar kmieni s-sena l-oħra.
·              24 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel laqgħa mas-Sur Riad Fechkeur President tas-Soluzzjonijiet Globali ta' Red Med Group, biex jiddiskuti aktar kollaborazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn il-Belġju, l-Alġerija u Malta. Waqt il-laqgħa s-Sur Fechkeur wiegħed li jappoġġja organizzazzjonijiet filantropiċi f'Malta.
·              9 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ltaqa' mas-Sur Jose Espartero, Maniġer Reġjonali għall-Air Malta fil-Belġju u s-Sur Wouter Soen, Maniġer tal-Bejgħ għal Benelux biex jiddiskuti u jiskambjaw aġġornamenti dwar titjiriet tal-Air Malta KM għas-sajf tal-2019.
·              17 ta’ Gunju – Thejjiet laqgha mal-Konslu Onorarju De Brabander rigward pjanijiet ghall-investiment gewwa Malta fil-qasam tal-energija rinnovabbli u rigward progett biex grupp mil-Kamra tan-Nutara Belgjana jzuru Malta.
·              12 ta’ Lulju – l-Ambaxxata hejjiet laqgha mal-Professur Roland Gueubel rigward il-progett B-LIFE u kif jista’ jigi implementat ghac-cirkostanzi ta’ Malta.  Dan il-progett huwa mfassal bl-ghajnuna tal-Agenzija Ewropea Spazjali. 
·              31 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur iltaqa’ mal-Konsli Onorarji De Brabander u De Laminne De Bex fuq ix-xoghol rispettiv taghhom fejn jidhol promozzjoni ghal Malta.
·              26 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi ltaqgha mal-Konslu Onorarju De Brabander fuq il-progetti tieghu biex jattiraw investiment lejn Malta.  Permezz tax-xoghol u l-kuntatti tieghu, il-Konslu Onorarju ressaq lejn Malta, permezz tal-ghajnuna tal-Ambaxxatur Azzopardi, diversi investituri potenzjali u proposti lejn Malta.
Kulturali
L-Ambaxxata Maltija fi Brussel matul is-snin organiżżat bosta attivitajiet kulturali li servew ta’ pjattaforma għall-artisti Maltin waqt li ukoll żammew ħajja l-kultura Maltija barra minn xtutna. Ħafna minn dawn l-attivitajiet ġew organizzati bil-għajnuna tal-Fond tad-Diplomazija Kulturali fi ħdan il-Ministeru tal–Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u permezz tal-għajnuna li kiseb l-Ambaxxatur Azzopardi minn diversi entitajiet oħra bħalma huma l-Kunsill Malti tal-Arti, il-MIMCOL, Transport Malta, Valletta 18 u CIDIC fil-Belġju.  L-Ambaxxata Maltija fi Brussel tagħmel dak kollu li hu possibli sabiex tagħti l-aqwa promozzjoni lill-pajjiżna. Naturalment irid jittieħed f’kunsiderazzjoni li l-fondi disponibbli huma limitati. Madanakollu naħdmu id f’id mal-entitajiet kollha sabiex norganiżżaw bosta attivitajiet u anke nattendu oħrajn organizati mill-kollegi, sabiex mhux biss nibnu il-kunttati tagħna iżda wkoll nippromovu lill-pajjiżna f’kull qasam.

·              14 ta' Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel diskussjoni bit-telefon ma' Maestro Mark Agius dwar ix-xogħol ta' tħejjija għal wirja mill-kor ta' l-Ensemble tal-Kamra ta' San Pawl.
·              17 ta’ Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda t-tnedija tal-ktieb ta’ l-awtur Taljan Castalvecchi fuq stedina tal-Ambaxxatur Taljan fil-Belġju, l-E.T. Elena Basile.
·              18 ta' Jannar - Minbarra l-kontribuzzjoni mogħtija matul il-kampanja Istrina, ġew ippreżentati € 150 oħra mis-Sinjura Carabott, f'isem il-komunità Maltija, lil Lt Brian Gatt, Aide-de-Camp għall-Eċċellenza Tagħha, fil-Palazz f'Attard.
·              24 ta' Jannar - L-Ambaxxatur attenda l-kunċert tal-ftuħ tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-BOZAR.
·              31 ta' Jannar - Wara l-laqgħa fil-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi f'Mejju li għadda, fejn l-Ambaxxatur Azzopardi indirizza lill-udjenza dwar il-lingwa Maltija, l-Ambaxxatur  laqa' lis-Sinjura Sietske Poepjes fl-Ambaxxata ta' Malta. Is-Sinjura Sietske Poepjes hija l-President tan-Netwerk għall-Promozzjoni tad-Diversità Lingwistika (NPLD) u hija wkoll il-Ministru tal-Kultura fi Friesland, l-Olanda.
·              8 ta’ Frar – Id-Deputat tkellmet mall-organizzaturi tal- Brussels Jazz Brass dwar possibilitajiet sabiex tittella’ band Maltija u tippartecipa f’dan il-progett li jsir kull sena fuq medda ta’ tmiem il-gimgha matul l-ahhar gimgha ta’ Mejju.
·              5 ta' Marzu - L-Ambaxxatur akkumpanjat mill-artist Alfie Gatt żar l-Art Galley li jinsab fil-Sablon għal proposta ta' proġett kulturali ffinanzjat mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali.
·              22 ta' Marzu - L-Ambaxxatur għamel laqgħa mas-Sur Charles Vella Assistent kap tal-Iskola ta' San Anton akkumpanjat minn għalliem u 3 studenti.
·              27 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda d-"Dejeuner ta' l-Ambaxxaturi" f'Cercle Gaulois bil-preżenza tas-Sur Peter de Caluwe - Direttur Ġenerali ta’ La Monnaie.
·              28 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa' u indirizza grupp ta’ Studenti mill-Università ta' Malta (Fakultà tal-Affarijiet Ewropej) immexxi minn Dr Robert Micallef.
·              24 ta' April - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott laqat żewġ studenti tal-Università Belġjana u wieġbet għall-mistoqsijiet tagħhom dwar il-multilingwiżmu f'Malta.
·              28 ta’ April – id-Deputat zammet kuntatt ma’ Dr Laura Falzon rigward hsieb ta’ progett ta’ kuncert minn din il-flutista rinomata biex jittella’ fi Brussell.
·              3 ta' Mejju - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attendiet l-anniversarju tal-ferħ tal-kor tas-subien prestiġjuż f'Aalst. Il-kor tas-subien u tal-irġiel fil-passat kien wettaq kuncert f'Malta.
·              Fit-3 ta' Mejju l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann għal żjara tal-Katidral u l-Mużew.
·              4 ta' Mejju - L-Ambaxxata pparteċipat fil-Festival Annwali tal-Ħobż f'Rond-Point Schuman. L-avveniment huwa organizzat fl-istess ħin meta l-Istituzzjonijiet Ewropej jiftħu l-bibien tagħhom, u jattiraw madwar 20,000 viżitatur fil-lokal. Fil-festival ta’ din is-sena, l-Ambaxxata ħejjiet ħobż b’firxa bbażata fuq it-tadam, żejt taż-żebbuġa, basal aħmar, melħ, bżar u naghniegh frisk filwaqt li serviet l-inbid aħmar u abjad Malti. Il-favorit tradizzjonali tal-Għid Malti, il- “figolla” ġie servuta wkoll fl-istand ta’ Malta. Il-viżitaturi interessati li jippjanaw il-vaganza tagħhom li jmiss fil-Gżejjer Maltin kellhom opuskoli differenti minn fejn jaghzlu skond il-gosti tagħhom biex iqattghu vaganza orjentata lejn il-kultura jew pjuttost avventura u sport. L-istand ta’ Malta irriżerva wkoll sorpriża żgħira għall-vizitaturi ckejkna billi offrilhom figurin tal-Playmobil liebes bħala Kavallier tal-Ordni ta' San Ġwann.
·              4 ta' Mejju - l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA għal ġurnata f'Għawdex. ¯aru diversi postijiet ta' interess f'Għawdex.
·              8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u ltaqa’ mad-Dekan u d-Direttur tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Università tan-Negozju Ingliża fi Brussell dwar oqsma possibbli ta' kollaborazzjoni.
·              26 ta’ Gunju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi attenda ghal attivita’ tal-Ommegang organizzata mill-Gvern Regjonali ta’ Brussell fejn l-Ambaxxatur kien wiehed mill-mistiedna specjali ghal din l-okkazzjoni flimkien ma’ Ambaxxaturi ohra..
·              27 ta’ Gunju – L-Ambaxxata hadmet u ssottomettiet zewg progetti taht is-sejha ghall-progetti ffinanzjati mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali.  Wiehed mill-progetti jirrigwarda ezibizzjoni artistika u viswali filwaqt li l-progett l-iehor kien iffukat fuq it-talent Malti fl-ambitu tal-muzika jazz.
·              20 ta’ Settembru – l-Ambaxxata organizzat riceviment ghal-Jum Nazzjonali fl-okkazzjoni tal-55 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta fil-Kastell d’Ophem, li hija r-residenza tal-Konslu Onorarju ta’ Malta, il-Baruni De Laminne De Bex.  Permezz tal-kooperazzjoni u relazzjoni ferm tajbin mal-Konslu Onorarju, dan il-lok gie provdut lill-Ambaxxata bla ebda hlas.  Iktar minn 60 pajjiz kienu rapprezentati f’dan ir-riceviment b’bosta Ambaxxaturi u rapprezentanti diplomatici, kif ukoll partecipazzjoni mill-komunita’ Maltija li tghix fil-Belgju u l-Lussemburgu u diversi hbieb ta’ Malta.  Waqt l-attivita’ l-Ambaxxatur Ray Azzopardi u r-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-UE Daniel Azzopardi ghamlu diskorsi tal-okkazzjoni u laqghu lil dawk kollha li attendew. 
·              24 t’Ottubru – L-Ambaxxata flimkien mal-PREU organizzat u ppartecipat f’attivita’ b’risq il-Pink October u Movember biex tgharraf u tohloq aktar gharfien dwar il-mard tal-kancer fis-sider u mard tal-kancer fil-prostata.  Id Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott flimkien ma’ voluntiera ohra ppreparaw ikel tipiku Malti li l-qliegh minnu gie moghti lil-Kampanja.  L-attendenza kienet wahda pozittiva u kienu diversi barranin li gew u daqu ikel tipiku Malti.  Is-somma finali li ngabret kienet taqbez l-elfejn Ewro.
·              27 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa’ lil Professur Peter Baldacchino, lis-Sur John Sant u s-Sinjura Anna Bonanno gewwa l-Ambaxxata Maltija fejn iddiskutew proposti ghal-attivitajiet kulturali.
·              28 ta’ Novembru – L-Ambaxxat permezz tad-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott ghamlet prezentazzjoni gewwa Ghent li saret mir-rapprezentanti tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu fil-Belgju, l-Agenzija Glenaki.  Id-Deputat Carabott, flimkien mal-Konslu Onorarju Geert Sciot, indirizzaw l-udjenza maghmula minn operaturi turistici, bloggers u gurnalisti ta’ rivisti tat-turizmu.  Matul din l-attivita’ gie inawgurat mural bi tpingija kbira fuq hajt fil-belt ta’ Ghent li juri xeni tal-Belt Valletta.
·              13 ta’ Dicembru – L-Ambaxxata organizzat attivita’ ghad-djaspora Maltija gewwa Dar Malta fl-okkazzjoni tal-45 anniversarju ta’ Jum ir-Repubblika fejn gie ppreparat ikel tipiku Malti.  Matul l-attivita’ l-mistednin nghataw l-awguri ghal-festi tal-Milied.

Konsolari

L-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell isservi bhala Konsolat.  Ta’ kuljum il-Konslu jirrispondi ghal diversi mistoqsijiet u talbiet permezz ta’ emails, tat-telefon u ta’ ittri ufficcjali (Note Verbale).  Il-komunita’ Maltija gewwa l-Belgju u l-Lussemburgu li tghodd mal-elf ruh (imma anke Maltin li jghixu mal-fruntieri fi Franza u fil-Germanja u li ghal-ragunijiet ta’ distanza jippreferu jinqdew mill-Ambaxxata fi Brussell).  Il-Konslu jwiegeb ukoll ghat-talbiet ta’ residenti fil-Belgju u l-Lussemburgu dwar vjaggar lejn Malta jew dwar residenza f’Malta.  Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li gejjin :

Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid
30
Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-¯wieġ / Divorzju
6
Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza
9
Power of attorney / Prokura
3
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
3
Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament
46 rigward l-elezzjoni bikrija tat-18 ta’ Mejju ghal min ma setax ikun Malta fil-jum tal-votazzjoni jew kien se jkun rikoverat fi sptar.
4 rigward telf/serq tal-passport
Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport
132
Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati
13
Diplomatic passports / Passaporti diplomatiċi
11
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
30
Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi
7


Ohrajn

·              L-Ambaxxata għenet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mqaddsa f’Dar Malta għall-komunità Maltija. Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata minn Mons. Alfred Vella.  L-Ambaxxata ffaċilitat ukoll il-loġistika għall-korsijiet ta' preparazzjoni taż-żwieġ minn Mons. Alfred Vella, dejjem bl-iskop li l-kominuta’ Maltija tkun moqdija sew.
·              Matul is-sena 2019 l-Ambaxxata fethet ukoll pagna fuq Facebook u kont Twitter biex tkun tista’ twassal messaggi u informazzjoni b’mod iktar immedjat.
·              Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attendiet ghal diversi laqgħat tal-WEP 6.
·              4 ta' Frar - Deputat iltaqa' ma' Dr Claudio Palestini, uffiċjal tekniku tan-NATO responsabbli mill-proġetti implimentati mill-Università ta' Malta taħt il-finanzjament tal-programm Science for Peace. L-għan tal-laqgħa kien li tipprovdi informazzjoni ta' sfond dwar kif jopera l-finanzjament tal-SPS u ż-żjara ppjanata f'Malta fit-3 u l-4 t'April 2019 mal-partijiet interessati mill-Università ta' Malta.
·              8 ta' Frar - Deputat attenda l-laqgħa ta' informazzjoni tal-WEP6 u ltaqa' mas-Sinjura Lisa Greig, uffiċjal tal-komunikazzjoni fid-delegazzjoni tar-Renju Unit għan-NATO. Il-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit isservi bħala punt ta’ kuntatt għal Malta.
·              25 ta' Frar – Id-Deputat u l-Maġġur Joseph Spiteri, Deputat Rappreżentant Militari attenda l-laqgħa informali PSC-NAC, li jġib flimkien il-PSC tal-UE u l-Kunsill u l-Imsieħba tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO.
·              28 ta' Frar - Deputat attenda r-riċeviment ta' Adieu tal-Ambaxxatur tal-Isvizzera għan-NATO.
·              13 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata mas-Sinjura Sophie Briquetti, uffiċjal tan-NATO għal Malta.
·              20 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-ktieb ta' kondoljanzi fl-Ambaxxata ta' New Zealand wara l-attakki ta' Christchurch.
·              20 ta' Marzu - Laqgħa ta' segwitu mas-Sinjura Sophie Briquetti fl-Ambaxxata ta' Malta.
·              26 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb ta' Kondoljanzi fl-Ambaxxata tas-Sri Lanka wara l-attakki terroristiċi.
·              8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb taċ-Ċelebrazzjoni fl-Ambaxxata tal-Ġappun fl-okkażjoni ta' l-Inkurunazzjonital-eredi tat-Tron fil-Ġappun, l-Altezza Rjali l-Imperatur Eredi tat-Tron Naruhito.
·              28 ta’ Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott laqghat gewwa Dar Malta il-Kummissarju tal-Kunsill Malti tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri fejn laqqa’ diversi awturi Maltin li huma bbazati fi Brussell.
·              6 ta’ Novembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata Carabott laqghet lid-Deputat Kap il-gdid tal-Missjoni tal-Awstrija ghan-NATO fuq zjara ta’ kortezija.
·              Matul is-sena kemm l-Ambaxxatur kif ukoll id-Deputat attendew ghal numru ta’ ricevimenti u ezibizzjonijiet f’okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ diversi ambaxxati.  Attendenza f’dawn ir-riceviment kienet utli biex ikomplu jinbnew relazzjonijiet tajbin ma’ ambaxxati u pajjizi ohra.
·              Matul is-sena l-Ambaxxatur Ray Azzopardi  flimkien mad-Deputat Carabott iltaqghu wkoll ma’ numru kbir ta’ membri mid-djaspora Maltija fejn jigu l-Ambaxxata Maltija bi proposti ta’ progetti kulturali u socjali.  L-Ambaxxatur Ray Azzopardi dejjem jishaq maghhom biex ikomplu b’dawn l-ideat u inizzjattivi u wieghed l-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata kull fejn ikun possibbli.

Seduta  292
28/01/2020


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...