1.8.19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jiltaqa' mas-Segretarja Ġenerali tal-Commonwealth


Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ltaqa' mas-Segretarja Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Matul din il-laqgħa ġiet diskussa l-irwol importanti li għandha l-Commonwealth fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Malta u pajjiżi oħra żgħar kienu minn ta' quddiem fost il-pajjiżi fid-dinja li tkellmu dwar it-tibdil fil-klima. Fl-1989, il-Commonwealth kienet l-ewwel entità li kienet stqarret kif it-tibdil fil-klima hija ta' importanza kbira u għandha tiġi indirizzata għaliex hi theddida reali għall-bniedem u d-dinja, u dan b'mod speċjali għall-Istati żgħar u l-gżejjer.

Dr Delia qal li jeħtieġ li nibdew inħarsu wkoll lejn ir-riżorsi tad-dinja tagħna u l-mod kif il-bnedmin qegħdin jikkonsmaw dawn ir-riżorsi. Huwa qal li l-varjetà ġeografika tal-pajjiżi li jiffurmaw il-Commonwealth hija ta' vantaġġ għall-vuċi favur il-ħarsien tal-ambjent fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Adrian Delia qal li għalhekk il-Commonwealth tista' sservi ta' pjattaforma biex il-vuċi tan-nies tkun iżjed b'saħħitha.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland qalet li l-Commonwealth tista' tibqa' tkun pjattaforma ta' opportunità sabiex tkun il-leħen tal-Istati żgħar. Hija qalet li qabel Paris 2020, l-pajjiżi kollha tal-Commonwealth kienu qabblu fuq miri globali fosthom it-tnaqqis fit-temperatura, u dawn l-istess miri ssarrfu fil-bażi maqbula fil-ftehim Paris 2020.

Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għal din il-laqgħa mas-Segretarja Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici u s-Segretarja Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight.

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...