1.8.19

Stqarrija mis-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN).



Is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista tesprimi d-diżappunt tagħha għal kif il-Gvern qed jgħolli prodotti essenzjali li qed iħallu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Iż-żieda ta' 5 ċenteżmi fil-prezzjijiet tal-fuels kienet daqqa oħra f'sensiela ta' daqqiet li qed jaqilgħu l-familji Maltin.

Wara li l-Gvern ftaħar li l-prezz tal-fjuwil inżamm stabbli għal sena sħiħa meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien fost l-irħas li qatt kien, issa ddeċieda li jżid il-prezz meta l-prezz taż-zejt għadu fil-livell medju ta' $57-il barmil. 

Meta fis-sena 2012 Gvern Nazzjonalista raħħas id-diesel b'6 ċenteżmi u l-petrol b' 2 ċenteżmi, fi żmien li l-prezz medju taż-żejt kien saħansitra ta'$110-il barmil, il-Partit Laburista kien għamel plejtu sħiħ għax messu raħas iktar!.

Huwa insult u diżrispett lejn is-sewwieqa li l-prezz tal-fjuwil jiżdied fl-aqwa żmien li għaddej minnu pajjiżna! Zgur li ma zdiedx minħabba l-pagi tal-ħaddiema tal-Enemed li ħafna minnhom spiċċaw trasferiti fuq il-kotba tal-Gvern. Ta' min ifakkar ukoll li l-Gvern ftaħar li l-Enemed qed tagħmel il-qliegħ. Liema qliegħ qed isir a skapitu tal-familji Maltin!.

L-SĦPN titlob lill-Awtorita' tar-Riżorsi (ERA) sabiex tkun tarka għall-poplu Maltin kontra żiediet imposti mingħajr ġustifikazzjoni u li permezz tagħhom iġibu żidiet fuq ħafna prodotti u servizzi oħra. Żidiet li qed iseħħu minħabba l-inkompetenza ta' kif jinxtara ż-żejt. Dan fid-dawl li l-pagi tal-ħaddiema baqgħu ma żdidux. Dawn ma jinkludux lin-nies tal-qalba li raw żidiet fenomenali fil-pagi u allura jagħmlu minn kollox biex jiddefendu u jiġġustifikaw lill-Gvern.

L-SĦPN tfakkar ukoll li dawn iż-żidiet qed iseħħu ftit ġranet wara li tħabbru żidiet sostanzjali fil-prezz tal-prodotti essenzjali fosthom il-ħalib. L-SĦPN tħeġġeġ lill-unjins u l-għaqdiet tal-pensjonanti sabiex huma wkoll isemmgħu leħinhom.

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...