2.8.19

In-negozji ż-żgħar qed ibatu mill-apatija tal-Gvern li jattira turisti ta' kwalità


Negozji żgħar fil-qasam tal-bejgħ tal-ikel u servizzi qegħdin jilmentaw li l-infiq mit-turisti mhux qed ilaħħaq ma' dak li kien mistenni minnhom. Ħafna negozji u ħwienet żgħar qed jistennew aħjar għaliex in-nefqa mhix tissodisfa l-investment li sar minn ħafna.

Il-Partit Nazzjonalista jinnota li l-Gvern mhux jagħmel biżżejjed biex jara li pajjiżna jkun pajjiż nadif u jibqa' attrazzjoni għal kull min jiġi jżurna jew fuq btala u t-telqa diżorganizzata qed tidher f'diversi oqsma. Minflok turisti ta' kwalità li jonfqu iżjed, sfortunatament Malta m'għadiex aktar il-prodott ta' kwalità għat-turisti ta' kwalità.

Il-PN jemmen li bħala pajjiż nistgħu nagħmlu akatar u nistgħu nkunu aħjar kemm għal min jgħix bħala resident kif ukoll għal minn jiġi jżur pajjiżna. Dan meta l-għoli tal-ħajja sar fattur li qed joħloq diffikultajiet għar-residenti u l-komunità kummerċjali.

Bħala Gvern alternattiv, il-Partit Nazzjonalista jinsab impenjat li jara li jaħdem mas-setturi kollha involuti biex pajjiżna jerga' jkun prodott ta' kwalità u jkun fl-aħjar pożizzjoni li jattira l-aktar persuni li jżuru pajjiżna li mill-konsum tagħhom igawdu wkoll in-negozji u l-ħwienet iż-żgħar.

Edwin Vassallo
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, in-Negozji ż-Żgħar, l-Koperattivi, l-Biedja u s-Sajd

02.08.2019



No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...