20.8.19

Il-Messagg Semplici u Dirett.


.
1.Nammetti, tul dawn l-ahhar jiem mort fejn mort kien hemm diversi li kellmuni joffru l-ghajnuna. Kienu iktar milli stennejt dawk li rsaqt lejhom, li kelmuni direttament u  urewni li jridu l-gid lil dan il-partit. Sibt varjeta ta’ idejat. Sibt pero’ fuq kollox diversi li jridu li jaghtu mill-gdid sehmhom. Jippartecipaw fil-hidma li organizzazzjoni bhal taghna ghandha bzonn. Dan huwa partit bi storja twila. Dan huwa partit li ghandu vizjoni, idejal politiku u esperjenza twila ghad-disposizzjoni tal-poplu kollu. Wiehed li ghadu kapaci f’dawn iz-zminjiet jkun effettiv u dirett fil-kritika kostruttiva tieghu.

F’Daqqa.

2.Partit huwa maghmul minn nies li jigu lkoll f’daqqa. Ma ahniex wiehed maghmul minn diversi “kapijiet” li jahdmu ghal rashom. Kull deputat, kull kunsillier lokali , kull membru fil-kumitat, kull tesserat, kull votant ma jistghux jahdmu ghal rashom imma f’daqqa. Huwa dejjem zbaljat li xi hadd jikteb fejn trid, facebook, twitter etc x’jahseb “hu” , jew x’jidhirlu “hu” bhali kieku dik hija l-linja tal-partit. Huwa dejjem ghaqli u prudenti li qabel wiehed jitkellem internament, jikkonsulta, jiehu parir u wara jimxi. Ma ahniex partit tal-primi donne imma parti lkoll minn kor. Kor li ghandu konduttur li jara kif u fuq liema livell ghandna nindirizzaw lilna nfusna. Din hija r-rejalta tal-politika ghaqlija. Ghax ahna ghandna rilevanza nazzjonali jekk nkunu lkoll f’daqqa fuq numru ta’ punti politici cari. 

Fil-Mument.

3.Dan iktar u iktar f’dan il-mument storiku taghna ta’ mija u disa u tlettin sena ta’ ezistenza. Minn mindu fl-1880 Fortunat Mizzi qieghed din l-formazzjoni politika , sew zdiedu il-mezzi ta komunikazzjoni. Imma flok qed nuzawhom b’intelligenza qed nintilfu. Ghandna hafna biex nwasslu l-messagg politiku taghna. Ghandna l-vantagg li dak li qieghed jinghad mill-Kap tal-Partit, z-zewg Vici Kapijiet u s-segretarju generali jistghu jaslu ghand iktar persuni fis-socjeta, malajr u direttament. Lezzjoni semplice fil-politika. Minflok ma ahniex nuzawhom jew ghar qed noqghodu lura minnhom. Minflok qed nifhmu kemm huwa importanti li nxerdu l-idejat taghna sat-truf nett tas-socjeta qed nmorru l-kontra. Vucijiet wahedhom jew l-abbandun tat-tismieh tal-vuci interna tal-partit ma jaslu imkien.

Fatti Sfukati.

4.Nghid iktar dan ghax nibqa impressjonat bil-kwantita ta’ idejat u fatti li ma huma xejn cari f’mohh diversi bnedmin ta’ rieda tajba dwar l-partit. Smajt diversi forom ta’ imprecizzjonijiet, nuqqasijiet kbar ta’ verita dwar min qieghed fuq il-posizzjonijiet politici taghna, fuq it-tmexxija tal-partit. Fejn l-ahbar il-hazina tinstemgha iktar. Smajt u kelli l-opportunita nfhiem u nikkoreggi. Mhux kulhadd semaghani kemm ridt imma l-maggor parti ninnota li billi ma jsegwux dak li nghidu ghandhom opinjoni differenti taghna. Ninnota li l-fatti l-partit permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tieghu qieghed johroghom. Stqarrijiet, artikoli, diskorsi varji jsiru il-hin kollu. Imma ma hemmx gharfien fil-bzonn li wiehed jsegwi dak li nghidu u ahna qedhin nonqsu li ma ahniex nxerduhom.

Niddependu iktar fuqna.

5.F’dan certament ghandna nifhmu bhala partit li ma ghandniex alternattiva posittiva ohra salv li niddependu iktar fuqna nfusna. Hadd ma huwa sejjer jaqlana jekk ahna stess ma naqlawx lilna nfusna. Kull jum nara sforzi kbar jsiru fix-xandir taghna. Kull gurnata tohrog il-gazzetta n-Nazzjon. Kull nhar ta Hadd il-Gazzetta l-Mument. Tul l-gimgha il-hin kollu ghandek Netfm radju tal-partit u Net television. Maghhom ghandek l-website, l-facebook u t-twitter ghaddejjin ukoll il-hin kollu. Ghandna bzonn nxerrdu dan. Nheggu iktar bnedmin jixtru u jsegwu dak li ghaddej. Nassiguraw li aktar jaqsmu l-ahbarijiet fuq il-mezzi socjali taghna. Il-presenza taghna fuq dan tiddependi biex issir iktar effettiva.   

Onesta u umilta.

6. Kif appellaw diversi politici qabli fiz-zmien nappella ghalhekk certament lilkom jien. Nappella sabiex jibda sforz komuni biex nwasslu ahjar l-messagg tal-partit billi nirrepetuh lkoll. Billi nassiguraw li jasal ghand ferm iktar persuni milli qieghed jasal illum. Hemm bzonn sforz komuni. Biex nkunu effettivi kull ma rridu huwa li nassiguraw li l-messagg semplici u dirett taghna jasal. Ma hemmx bzonn komplikazzjonijiet imma fatti diretti. Fatti li jispjegaw kemm l-opposizzjoni qedha taghmel dmira. Fatti li juru u jispjegaw dak li  il-Kap tal-Partit Dr Adrian Delia qieghed jghid. Dak li qieghed jwassal fil-messagg tieghu ta’ tul il-gimgha. Fuq dawn l-passi ta’ onesta u umilta wiehed jistgha jibni iktar. Imma f’dan il-mument irridu nahdmu b’dak li ghandna. Bil-mezzi finanzjarji li huma ghad-disposizzjoni imma certament b’kwantita ta’ bnedmin ta’ rieda tajba. Nappella umilment ghas-sostenn shih taghkom.




No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...