1.6.23

RAĦAL ĠDID – PJAZZA QUDDIEM IL-KNISJA TA’ GĦAJN DWIELI - XOGĦLIJIET

9163. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6354, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid?

 

25/05/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninsab infurmat li nħadmu 130 minn 170 balavostra u nbeda x-xogħol fuq il-parti fejn ser issir rampa għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Tneħħa s-soprabank u l-balavostri eżistenti biex issa jkun jista’ jibda wkoll ix-xogħol fuq il-parti tal-ħajt.

 

Seduta  129

31/05/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...