15.6.23

ĦAL TARXIEN – PROĠETT TA’ RIĠENERAZZJONI TAL-PJAZZA U Z-ZUNTIER QUDDIEM IL-KNISJA PARROKKJALI

9426. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3483, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien u jgħid jekk il-proċess ta’ konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali huwiex magħluq?

 

31/05/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni preliminari saret però mhix konkluża u terġa' ssir konsultazzjoni li timxi pari passu mal-istadji differenti tal-proġett. Il-konsultazzjoni ma’ xi entitajiet pubbliċi għadha għaddejja, kif ukoll għadu għaddej il-proċess tad-disinn.

 

Seduta  133

13/06/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...