8.6.23

IX-XGĦAJRA – TRIQ IX-XATT (ŻONA TAL-MILORD) - XOGĦLIJIET

9174. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru jew huma previsti li jsiru fi Triq ix-Xatt, fix-Xgħajra, fil-parti magħrufa aħjar bħala Tal-Milord?

 

25/05/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona li qed jirreferi għaliha, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi mhuma qed iwettqu l-ebda xogħol. Madankollu, ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tikkunsidra li tagħmel titjib fis-sistema tad-drenaġġ, billi jitkabbru l-pumping station eżistenti u anke r-rising main. B’mod parallel, l-Enemalta qed tikkunsidra wkoll interventi li jsaħħu l-provvista tal-elettriku.

 

Seduta  131

06/06/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...