8.6.23

BORMLA – XOGĦLIJIET F’POST

9416. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8491 dwar xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jitlob verifika mill-ġdid għax jidher li parti mix-xogħol li kellu jsir għadu mhux lest?

 

31/05/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar xogħlijiet fil-post imsemmi, sar kuntatt mal-inkwilin u rriżulta li dan ma kienx qed jirreferi għalxogħlijiet ta’ tiswija li tlestew fil-post riċentement imma għal proġett ta’ manutenzjoni tal-faċċati li kien tlesta madwar sentejn ilu. L-inkwilin kien ilmenta minn dħul ta’ ilma mill-faċċata u wara li sar l-ilment il-problema kienet ġiet indirizzata mill-kuntrattur xi ġimgħat ilu.

 

Seduta  131

06/06/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...