5.11.20

Applikazzjoni għal Hotel

16374. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sarx xi progress fil-kwistjoni tal-ex Casino di Venezia peress li issa ilu magħluq għal ċertu snin? Jista’ jgħid jekk sarx avvanz fir-rigward tal-applikazzjoni għal hotel biswit l-istess sit?

02/09/2020

 ONOR. IAN BORG: B’risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 16374, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li tkomplew it-tentattivi li kienu nbdew qabel 2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl-obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita' tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta' u/jew id-danni attribwiti mingħand kull minn kiser l-imsemmija obbligi. Tant li hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta.

Domandi relatati mal-permessi tal-iżvilupp għandhom jiġu riferuti lill-Ministeru kkonċernat.

Seduta Numru 377
22/10/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...