25.4.18

KUNSILL LOKALI WIED IL-GĦAJN - PROĠETTI


 
 
5350. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

18/04/2018

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għaddejja b’sensiela ta’ xogħlijiet ta’ tisbieħ tul ix-xatt u l-bajjiet fil-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn.  Dawn jinkludu:
·               Immaniġjar tal-bajja tal-Fajtata;
·               Tindif tal-bajja tal-Fajtata minn ġebel u materjal ieħor;
·               Tibjid u tiswijiet madwar il-bajja tal-Fajtata;
·               Tisbieħ fuq il-latrini pubbliċi u showers fil-bajja tal-Fajtata;
·               CCTV cameras għas-sigurta’ tas-saħħa tal-għawwiema;
·               Tindif ta’ debris u materjal ieħor mill-bajja ta’ wara l-ex Jerma Hotel, fejn ser isiru aċċessi aktar komdi għall-bajja;
·               Tisbieħ ġenerali tul il-promenad ta’ Wied il-Għajn;
·               Tiżjin fi żmien il-Milied fiż-żoni kummerċjali.

Seduta  105
25/04/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...