2.4.18

SPEJJEŻ PERITALI F’KAWŻI KRIMINALI - ĠBIR




4840. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali lura tul is-sena li għaddiet?



12/03/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-Qrati Kriminali ta’ Malta inġabru €116,836.87 mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2017, filwaqt li fil-Qorti Kriminali ta’ Għawdex inġabru  €5,743.60 mill-spejjeż peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2017.



Seduta  95

20/03/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...