2.4.18

RAĦAL ĠDID – ZUNTIER TAL-KNISJA PARROKKJALI - XOGĦLIJIET




4811. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fiz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Raħal il-Ġdid humiex ser ikunu lesti qabel l-aħħar tax-xahar?



12/03/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt laqgħa bejn il-kuntrattur tal-proġett u l-kappillan ġie deċiż li x-xogħol li jkopri t-tqegħid tal-pavimentar li jikkonsisti f’biċċiet tal-lava għat-taraġ taz-zuntier ikun lest sal-aħħar tax-xahar.


Seduta  95

20/03/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...