4.5.23

UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT TAL-ISTAT – KUNDIZZJONIJIET TAL-AVUKATI U PROKURATURI LEGALI

8315. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7941, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu t-trattattivi biex l-Avukati u l-Prokuraturi Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat jingħataw l-istess kundizzjonijiet ta’ ħlas li qed jirċievu dawk fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

 

26/04/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li riċentament għadu kemm sar eżerċizzju ta’ verifika. Tali eżerċizzju stabbilixxa li union partikulari għandha l-maġġoranza tal-impjegati tal-professjoni legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat. Dan iffisser li jrid jibda proċess ta’ negozjat ma' tali union li jistabbilixxi, tramite Ftehim Kollettiv iddedikat għall-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas għal dawn l-impjegati.

 

Seduta  116

02/05/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...