10.5.23

RAĦAL ĠDID – TRIQ BRITTANJA – XOGĦOL

8480. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5966 dwar xogħol fi Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid meta tlestew ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew komplessivament?

 

03/05/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid għadhom ma ġewx iffinalizzati. Parti mix-xogħlijiet fl-istess triq ma setgħux jiġu implimentati minħabba żvilupp minn parti terza. Madanakollu, parti oħra tat-triq hija pprogrammata biex titlesta bit-tqegħid finali tal-asfalt meta x-xogħlijiet tat-toroq li għaddejjin biswit jkunu qed joqorbu lejn it-tlestija.

 

Seduta  119

09/05/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...