10.5.23

RAĦAL ĠDID – TRIQ KURVETTI – XOGĦOL

8482. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5962, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li jibda x-xogħol neċessarju fi Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid?

 

03/05/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid ser issir bħala parti mill-ħidma tal-Aġenzija b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.

 

Seduta  119

09/05/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...