18.9.21

WIED IL-GĦAJN – TRIQ IL-GARDIEL - TISWIJIET

 

 

 

 

 

20199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18319, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ser jiġu jiswew it-tiswijiet fi Triq il-Gardiel Wied il-Għajn u meta huwa mistenni li ser ikunu x-xhur li, sabiex jiġi konkluż ix-xogħol?

 

22/03/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt b’mod dettaljat fit-tweġiba preċedenti għall-mistoqsija parlamentari 18319 tal-istess Onorevoli membru, ix-xogħljiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gardiel mhumiex sempliċiment tiswijiet imma din it-triq qed tinbena mill-ġdid b’investiment sostanzjali li hu stmat li se jlaħħaq is-somma ta’ €1,263,610.

 

It-triq fiha kważi kilometru, minn ħdejn il-Magħluq u twassal sal-Bajja ta’ San Tumas, u se jsirulha xogħlijiet estensivi biex jinbidlu s-servizzi taħt l-art qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt. Dawn jinkludu tqegħid ta’ katusi u pajpijiet għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, ilqugħ għall-ilma tax-xita, servizzi tat-telekomunikazzjoni u bankini. Għaldaqstant, ix-xogħol mistenni jieħu numru ta’ xhur u għalhekk huwa mmirat li t-triq titlesta fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Ix-xogħlijiet se jsiru f’fażijiet biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent.

 

Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Seduta  446

12/04/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...