18.9.21

MARSAXLOKK – TRIQ XROBB L-GĦAĠIN - XOGĦOL

  

 

20203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk ix-xogħol f’Triq Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk huwiex konkluż u jekk le għaliex? Jista’ jinforma x’xogħol sar u kemm huwa stmat li ser jiswa?

 

22/03/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Bħala parti mill-investiment kontinwu tagħha biex ittejjeb il-kwalità u s-sigurezza fit-toroq f’Malta, Infrastructure Malta qed twettaq ukoll programm estensiv ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq rurali f’lokalitajiet differenti.

 

Ħafna minn dawn it-toroq qalb il-kampanja tħallew fi stat ta’ telqa għal għexieren ta’ snin. Illum il-ġurnata dawn it-toroq ma jintużawx biss mill-bdiewa li jkollhom l-għelieqi fl-inħawi, imma huma wkoll imfittxijin ħafna minn minn bosta dilettanti tal-ġiri, tal-mixi u miċ-ċiklisti. Uħud minn dawn it-toroq ma kienux sarulhom pedamenti adegwati u Infrastructure Malta qed terġa’ tibnihom b’materjali aktar b’saħħithom u li jservu aktar fit-tul.

 

Bħala parti minn dan il-programm, f’nofs Frar Infrastructure Malta bdiet xogħlijiet simili fi Triq Xrobb l-Għaġin b’investment li hu stmat li se jlaħħaq is-somma ta’ €812,000 (VAT eskluż). Billi din it-triq twila mhux ħażin, madwar 3 kilometri, ix-xogħol qed isir f’fażijiet u parti minnha diġà ngħatat l-ewwel kisja bl-asfalt.

 

Mill-2019, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet ta’ titjib f’aktar minn 230 triq rurali f’iżjed minn 30 lokalità differenti. Dan l-investiment biex tittejjeb l-infrastruttura għas-settur agrikolu se jissokta matul din is-sena u fis-snin li ġejjin, bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijet oħrajn simili.

 

Seduta  446

12/04/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...