18.9.21

CONSUL ON THE MOVE – APPUNTAMENTI PENDENT FL-AWSTRALJA, L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA U FL-EWROPEA

 

19529. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru u kemm hemm appuntamenti pendenti tal-Consul on the Move (COTM) fl-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Ewropa u dan sabiex isiru kif l-pandemija tgħaddi? Jista’ jindika dan pajjiż b’pajjiż u possibbilment stat b’stat?

 

24/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Marzu tal-2020 kienet ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġu sospiżi ż-żjarat u l-pjanijiet kollha tal-programm Consul-on-the-Move (COTM) minħabba l-imxija tal-COVID-19. Bħal bqija tal-pajjiżi kollha fid-dinja, dawk li fihom jiġu organizzati ż-żjarat tal-COTM kienu affettwati b’numru ta’ restrizzjonijiet u projbizzjoni ta’ vjaġġar li għamluha impossibbli għall-konsli li jivvjaġġaw bejn reġjuni differenti. Barra minnhekk, il-Ministeru ħa l-miżuri kollha biex iħares is-saħħa tal-uffiċjali tiegħu hekk kif dawn setgħu jitpoġġew f’riskju li jiġu kkontaminati. Għaldaqstant, il-Consul-on-the-Move bħalissa jinsab sospiż sakemm is-sitwazzjoni titjieb u vjaġġi fi Stati u reġjuni mbegħda jkunu jistgħu  jerġgħu  jibdew isiru bla diffikulta’ u bla periklu għas-saħħa tal-uffiċjali konċernati.

Sadanittant in-numri ta’ talbiet għal appuntamenti pendenti fil-pajjiżi minn fejn jopera l-programm huwa elenkat kif ġej:

·              Fl-iStati Uniti tal-Amerika hemm 34-il appuntament pendenti

·              Fil-Kanada kien hemm 630 talba (li mhux bilfors huma kollha għal appuntament abbinati mal-COTM). In-numru jista’ jkun riżultat ta’ akkumulazzjoni ta’ talbiet li suppost kellhom jiġu trattati bejn Mejju u Ġunju tal-2020 (meta suppost kellha ssir żjara tal-COTM u tħassret minħabba l-pandemija).

 

Seduta  434

02/03/2021


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...