18.9.21

ĦAL TARXIEN – TRIQ PAOLA - XOGĦLIJIET

 

 

19552. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19005, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jkun lest ix-xogħol fit-triq għax hija kaġun ta’ hafna diffikultajiet għar-residenti?

 

25/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegat fit-tweġiba preċedenti, Triq Paola f’Ħal Tarxien hija fost 50 triq residenzjali li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid bħalissa. Din hi twila madwar nofs kilometru, tant li tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tmiss ma’ Triq Ħal Tarxien fid-direzzjoni lejn Raħal Ġdid.

 

Ix-xogħlijiet f’din it-triq li bdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar huma kumplessi u mhux sempliċiment kisja asfalt. Dawn jinkludu fost oħrajn bdil tal-pajpijiet tal-ilma u servizzi ġodda għall-ilma. Fil-każ ta’ din it-triq, is-servizz tad-distribuzzjoni tal-ilma ntsab li kien pożizzjonat eżatt taħt il-wheel path u dan kien qed joħloq inkonvenjent kbir meta jkun hemm ħsarat. Għaldaqstant, ġie mċaqlaq għal taħt il-parking bay.

 

Barra minn hekk, qegħdin isiru wkoll servizzi tat-telekomunikazzjoni, bini ta’ bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat u fl-istess triq għaddej ukoll xogħol minn entità oħra, li qed jiġi kkordinat biex isir waqt il-bini mill-ġdid tat-triq biex jonqos l-inkonvenjent lir-resident. Kif ikunu lesti t-testijiet li għaddejjin bħalissa, tibda l-aħħar fażi li tinkludi l-bini tal-pedamenti u l-wiċċ tat-triq biex din tkun lesta fix-xhur li ġejjin. Il-kuntratturi qed jippjanaw ix-xogħol b’mod li jkun tal-inqas inkonvenjent u biex id-diffikultajiet jiġu minimizzati.

 

Din il-ħidma se tagħti lir-residenti ta’ Triq Paola u dawk li jgħaddu minnha infrastruttura ta’ kwalità u aktar sigura, li n-nuqqas tagħhom għal snin twal kien joħolqilhom ħafna diffikultajiet.

 

Seduta  435

03/03/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...