20.9.21

FGURA – WIED BLANDUN - XOGĦOL

 


21384. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex jiġi konsultat dwar ix-xogħol li għandu jsir f'Wied Blandun Fgura u jekk iva b'liema mod?

 

24/05/2021

 

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-immaniġġjar ta’ Wied Blandun, u ta’ widien oħra f’Malta, jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Ministeru ieħor, speċifikament taħt Diviżjoni li għandha l-għarfien, il-kapaċità u r-riżorsi meħtieġa sabiex twettaq interventi f’żoni sensittivi. Għaldaqstant, dment li ma jkunux meħtieġa permessi mill-awtoritajiet regolatorji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, ma narax il-ħtieġa li dan il-Ministeru, jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu, jiġu kkonsultati qabel isiru x-xogħlijiet.

 

Seduta  469

02/06/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...