18.9.21

TARXIEN – TRIQ BIRŻEBBUĠA - XOGĦLIJIET.

 

 

20202. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena f’Triq Birżebbuġa Tarxien u kemm huwa stmat li ġew jiswew?

 

22/03/2021

 

  ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija kienu parti minn proġett estensiv li fuqu ħadmu diversi entitajiet. Infurmata li min-naħa tal-Enemalta x-xogħol kien jinvolvi t-tqiegħed ta’ żewġ cables tat-33 kV biex jinbidlu cables qodma. Dan sar bil-għan li tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku. Ix-xogħol kien mifrux fuq medda ta’ 1.8 kilometri u t-triq indikata tkopri medda ta’ 76 metru mill-proġett kollu.

 

Seduta  446

12/04/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...