21.9.21

PAOLA HUB – SOLUZZJONI GĦAR-RESIDENTI DWAR PARKEĠĠ.

 

 

 

20868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20211, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew preparati sabiex waqt it-tkomplija tax-xogħol u wara li jkun lest il-Paola Hub, il-ġirien ikollhom faċilitajiet biex jipparjkaw u mingħajr spejjeż?

 

30/04/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Kif diġà spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20211 tal-istess Onorevoli membru, temporanjament f’din iż-żona qed isiru xogħolijiet fuq il-Paola Medical Hub, li huwa proġett tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tas-servizzi taħt l-art minn Infrastructure Malta bħala parti mit-tħejjijiet għall-istess proġett. Minħabba li saru trinek fondi madwar żewġ sulari kien hemm bżonn li jittieħdu spazji ta’ xi parkeġġi biex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod sigur mingħajr ma t-triq tingħalaq kompletament. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet, l-aġenzija se terġa’ tibni l-bankini u tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt biex l-ispazju fit-triq jerġa’ lura għal li kien. Infurmat ukoll li fil-viċinanzi ta’ din iż-żona jinsab parkeġġ li huwa amministrat mill- Kunsill Lokali.Il-mistoqsija għandha tiġi referruta lil Ministeru Kkonċernat.

 

Seduta  457

05/05/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...