20.9.21

SANTA LUĊIJA – APPARTAMENTI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA TAL-PROGRAMM TA’ MANUTENZJONI TAL-BINJIET TAL-GVERN (2011-2015)

 

 

 

21388. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B'referenza għall-iskema taħt il-Programm ta' Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2025), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti f'Santa Luċija bbenefikaw minn dan mill-2019 sal-lum, u jista’ jindika x'livell intlaħaq f'dan? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan, il-Kunsill Lokali ġiex kkonsultat?

 

24/05/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija bbenefika minn tlett blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.

Il-blokok kienu s-segwenti:

Blk M. ENTS TO FLTS 9-16, TRIQ IŻ-ŻNUBER, SANTA LUĊIJA

BLK N ENTS TO FLTS 1-9, TRIQ IŻ-ŻNUBER, SANTA LUĊIJA

BLK N, ENTS TO FLTS 9-16, TRIQ IŻ-ŻNUBER, SANTA LUĊIJA

Fi Blk M, Ent to Flts 9 – 16 u Blk N, Ent to Flts 1 – 8, ix-xogħlijiet tlestew fis-sena 2020 filwaqt li Blk N, Ent to Flts 9 – 16 ix-xogħlijiet waslu fl-aħħar fażijiet.

Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorità tad-Djar. Matul is-sena 2021 l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ġie allokat 9 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema. Il-proċess tal-għażla għadu għaddej.

 

Seduta  469

02/06/2021

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...