12.11.19

UNHCR - DISKUSSJONIJIET


  
11880. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid x’programmi u diskussjonijiet qed isiru preżentement mal-UNHCR?

04/11/2019


  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jiddiskuti mal-UNHCR fuq bażi regolari, partikolarment f'dak li jirrigwardja kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk il-UNHCR għandha aċċess għall-faċilitajiet ta' detenzjoni u miftuħa fejn jinżammu persuni li jkunu applikaw għall-ażil. Uffiċjali tal-UNHCR ukoll jiddiskutu ma' rappreżentanti tal-AWAS u d-Detention Services, partikularment rigward kundizzjonijet ta' akkoljenza.

Ta' min iżid ukoll li l-UNCHR tipparteċipa wkoll fir-Resettlement lejn l-Istati Uniti, li pero ġej fi tmiemu.

Min-naħa tal-Ministeru jsir kuntatt bejn iż-żewġ naħat b'mod regolari.

Seduta  276
11/11/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...