14.11.19

IL-ĠAPPUN - AMBAXXATA


11888. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun u kemm se jkun hemm persuni hemm impjegati?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li team tekniku għandu jitla l-Ġappun din il-ġimgħa biex jevalwa numru ta’ proprjetajiet li ġew identifikati mill-Ambaxxatur f’Tokjo.  Huwa maħsub li l-bini tal-Ambaxxata tinkera, bil-kera tal-propretajiet identifikati tvarja bejn €4,000 u €6,400 fix-xahar.

In-numru preċiż ta’ ħaddiema għandu jiġi stabbilit skont l-andament tax-xogħol.

Seduta  278
13/11/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...