30.11.19

PERSUNI NIEQSA MIS-SMIGĦ, MUTI JEW NIEQSA MID-DAWL LI QED JIRĊIEVU EDUKAZZJONI





11920. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma nieqsa mis-smiegħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qegħdin jirċievu xi edukazzjoni? Jista’ jindika kemm persuni li huma nieqsa mis-smigħ u li ma jistgħux jitkellmu? Jista’ jindika kemm huma dawk il-persuni li huma nieqsa mis-smigħ u mid-dawl? Kif ukoll jista’ jgħid kemm huma dawk il-persuni li huma nieqsa mid-dawl u ma jistgħux jitkellmu?  Jista’ jindika kemm għandhom it-tliet diffikultajiet?

04/11/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti hemm 80 student li għandhom problema tal-vista u 132 student li neqsin mis-smigħ.

Hemm 16-il student li huma neqsin mis-smigħ u ma jikkomunikawx iżda minn dawn hemm min għadu kemm kellhom il-cochlear implant jew hearing aidu għadhom fil-fażi li qed jitgħallmu jikkomunikaw.  Fl-iskejjel mainstream m’hemmx studenti li għandhom problema tal-vista u neqsin mis-smigħ ukoll.  Fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa (Resource Centres) hemm numru ta’ studenti bi bżonnijiet kumplessi li jista’ jkollhom nuqqas ta’ vista, smigħ u komunikazzjoni.

In-numri ta’ studenti fi ħdan l-MCAST għas-sena akkademika 2019-2020 li huma neqsin mis-smigħ jew mid-dawl jew muti, huma kif preżentati fit-tabella hawn taħt:

Nieqsa mis-smigħ
13
Muti
4
Nieqsa mid-dawl
5
Nieqsa mis-smigħ u muti
3
Nieqsa mis-smigħ u mid-dawl
0
Nieqsa mid-dawl u muti
0
Nieqsa mis-smigħ, muti u nieqsa mid-dawl
0

L-informazzjoni dwar studenti fl-Università ta' Malta għas-sena 2019/2020 hija kif se nsemmi:
·              Persuni nieqsa, anke parzjalment, mis-smigħ – 23
·              Persuni muti – 0
·              Persuni nieqsa, anke parzjalment, mid-dawl – 20
·              Persuni nieqsa mis-smigħ u li ma jistgħux jitkellmu – 0
·              Persuni nieqsa mis-smigħ u mid-dawl – 0
·              Persuni nieqsa mid-dawl u ma jistgħux jitkellmu – 0
·              Persuni li għandhom it-tliet diffikultajiet – 0

Seduta  283
26/11/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...