14.11.19

CONTAINERS BIL-FLUS





11886. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kinitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li  l-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz għadhom għaddejjin u ghalhekk ma nħossx li jkun prudenti u fl-interess nazzjonali li jiena niżvela dettalji klassifikati u sensittivi. Madanakollu, m’għandi l-ebda oġġezzjoni li b’mod privat u kunfidenżjali, ninforma lill-Onor Interpellant dwar l-informazzjoni li jien konxju taghha u x-xogħol li qed isir fuq dan il-każ.

Seduta  277
12/11/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...