5.11.19

Maż-żminijiet, mal-poplu?




1. L-Elezzjonijiet Ewropej tal-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet jimmeritaw attenzjoni u ri?flessjoni. Dak li qed jiġri barra minn xtutna jitlob li wieħed jitkellem dwaru biex jipprova jifhem. Għalkemm ċertament ma huwiex proċess li jista’ jingħalaq f’artikolu bħal dan. Biss fuq in-naħa l-oħra jista’ jkun wieħed li jservi biex jmexxina lejn għarfien aqwa ta’ dak li għaddej. Ngħid dan quddiem żewġ riżultati elettorali wieħed fil-Ġermanja u l-ieħor fl-Italja. Wieħed fir-reġjun tat-Thuringia u fl-Umbria fejn il-partiti l-iktar viċin tal-lemin estrem żiedu fil-voti, wieħed 24% u l-ieħor 37%.

Forsi fil-ballun

2. Hemm ċertament pożizzjonijiet li m’ aħniex nifhmu biżżejjed. Ngħid żewġ punti ma aħniex nosservaw dak li huwa għaddej fuq naħa u fuq l-oħra ma aħniex viċin dak li qiegħed jiġri. Mort għall-ballun għax hemm spettaklu fuq naħa imma reazzjonijiet varji fuq l-oħra. Waqt li diversi jkunu qegħdin isegwu l-ballun sejjer minn naħa jew oħra mhux dejjem ngħarfu dak li jkun għaddej fost l-ispettaturi. Hemm dawk li jżommu ma naħa jew oħra li jintilfu. Jitilfu r-raġuni u anzi jsibu raġuni f’ħidmiethom għax isejħu ruhhom “ultras”. Dawk li jħobbu tant l-klabb li lesti li jirrikorru għall-atti vjolenti, estremi, esaġerati u intolleranti.

N’Golo Kante

3. Forsi mhux proprju f’postu imma sena ilu kien hemm ċertu ċaqliq qawwi fil-kamp kalċistiku Ingliż meta wieħed mill-players tat-team Chelsea kien is-suġġett ta’ diskussjonijiet qawwija dwar il-pożizzjoni kien qiegħed jintlgħab fiha. Id-diskussjoni kibret tant li ġurnalist reċentement rrakonta dak li seħħ hekk: “It was a strangely protective fury. On radio, shows, in newspaper columns, on the swirling brain-thoughts of social media, the angry talking heads leapt up. There was a sense of gallantry, defending Kante’s honour, like pipe-smoking 1950s father shooing a motorbike gang from the porch while their teenage daughter cowers at the screen door.”  

Rabja

4. Hemm rabja li qed tinġabar fid-dinja ta’ kuljum li l-popli Ewropej qed jiġu effettwati minnha. Ftit jiem ilu ukoll Tony Blair waqt li kiteb artikolu bit-titolu “Ok, last chance: do we really think leaving will help?”. Hemm fost l-oħrajn laqtitni din l-osservazzjoni: “And this is the problem with Brexit. The vote was a cry of protest and to a degree, a cry of rage, and it should be heard. But Brexit solves nothing. It answers no question that can possibly assist us to a better future. It is destructive and distractive in equal measure.” Punti li qlajt għax naġseb li dan l-ex-Prim Ministru li għamel isem għalih innifsu forsi qiegħed jifhem dak li għaddej r-Renju Unit bħala parti minn dan il-moviment Ewropew.

Distruzzjoni.

5. Din hija forma ta’ rabja jew reazzjoni lejn dak li l-poplu ma jridx jew ma jifhimx fil-politika? Fuq in-naħa l-oħra ma hix ukoll parti minn żvilupp politiku ta’ rappreżentanti tal-poplu li nqatgħu minn dawk li jirrapreżentaw? Ngħid dan għax meta taqra dak li jgħidu dawn il-politiċi fil-partiti tal-Lega fl-Italja u Alternative fur Deutschland fil-Ġermanja joħroġu dawn l-elementi. Hemm minn dak li wieħed jista’ jara forom ta’ falliment li ġej mill-pożizzjonijiet jekk irridu “elitisti”. Ta’ klassi politika li tirrapresenta sija x-xellug kif ukoll l-lemin li ma hix tifhem dak li għaddej. M’hix qegħda tgħix ma’ dawk li qed tirrapreżenta. Proprju għalhekk li beda għaddej proċess ta’ auto-distruzzjoni u anki distrazzjoni.

Distrazzjoni.

6. Il-poplu jiddeċiedi bil-vot tiegħu. U l-votant beda ma jifhimx lil dawk li qabel kien jivvota għalihom anqas għalhekk iħossu li qiegħed jiġi rappreżentat minnhom. Fuq l-oħra d-deputati nqatgħu minn mal-merħla tagħhom. Nqatgħu tant li l-politika saret issir biex ssir mhux għax hemm bżonn ta’ miżuri u passi li l-votant iħoss li għandhom isiru. Mhux biss imma tul dawn l-aħħar snin kiber id-dwejjaq u l-inutilità tal-politika li ssir minn fuq għal isfel. Suppost tirrapreżenta lil ta’ isfel imma tidħol fil-mekkaniżmu ta’ dak li jiġi trasformat f’dak li jridu ta’ fuq. Huwa ċertament proċess ta’ distrazzjoni imma wieħed perikoluż ħafna f’sistema politika li tiddikajara li hija rappreżentativa.

Vuċi iktar diretta

7. Hemm forsi f’dan movement iktar dirett. Wieħed li l-poplu minn ħdanu stess qiegħed isib dawk li jitkellmu aħjar b’lingwa li jifhem, li jgħidu dak li jridu jisimgħu u jsir u li jħossuhom viċin verament u mhux apparentament magħhom. Lezzjonijiet li rridu naraw hawn. Illum iktar u iktar li tlifna klassi politika li trabbiet fid-diffikultajiet u t-tbgħatijiet li t-tieni gwerra mondjali ġabet magħha waqt u wara tagħha. Ħafna politiċi ġew minn mal-poplu u bnew l-partiti politiċi biex ikunu strumenti għas-sewwa tal-poplu. Biss illum il-partiti ġew trasformati f’ragunijiet ta’ eżitenza waħidhom mingħajr neċessarjament wieħed jifhem li għandhom relevanza sakemm ikunu vuċi iktar u iktar diretta tal-poplu.

Ċertament sfida

8. Din hija ċertament sfida li aħna f’dan il-pajjiż irridu nifhmu. Iktar u iktar għalina fl-Oppożizzjoni li rridu ngħarfu din il-bidla demokratika jew le. Nifhmuha biex inkunu strumenti ta’ bidla. Nifhmuha biex ngħatu lill-poplu dak li jixraqlu, permezz ta’ politika li tinbena fuq in-nies, man-nies. Jekk ma jsirx dan inkunu qed nitilfu appuntamenti kif ukoll niftħu l-ispazju għall-oħrajn li ma jwasslux fejn huwa sewwa. Il-Partit Nazzjonalista kellu suċċess meta baqa jgħaraf dan. Dak li jgħaraf il-poplu xi jrid u jassigura li jiġi fis-seħħ. B’miżuri intelliġenti li la jaljenaw u wisq inqas li jkunu distruttivi għas-soċjetà.    



No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...