14.11.19

PERSUNI BEJN IT-30 U L-40 SENA LI JIRĊIEVU PENSJONI WARA L-MEWT TA’ ŻWIEĠHOM JEW MARTHOM


  
11891. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom l-età ta’ bejn it-30 u l-40 sena li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom? Jista’ jindika kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili? Jista’ jindika wkoll il-pensjoni li huma intitolati għaliha jew kif din tiġi maħduma?

04/11/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, li tikkonsisti fin-numru ta’ persuni fl-etajiet imsemmija minnu li qed jirċievu pensjoni tar-romol, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

Età
Nisa
Irġiel
Total
30 - 40
74
19
93

Seduta  278
13/11/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...