12.11.19

FORTIZZA TA’ DELIMARA - RESTAWR




11877. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10563 u 11644 u jgħid x’ħidma qed issir sabiex il-Fortizza ta’ Delimara tiġi restawrata u miftuħa?

04/11/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Agenzija Heritage Malta tissorvelja l-kundizzjoni ta’ din il-fortizza ta’ valur imprezzabbli sabiex jekk ikun hemm xi ħsarat li jista’ jkunu ta’ periklu dawn jigu rranġati skont il-bżonn.

Fir-rigward tar-restawr, il-verita hi li pajjżna għandu ġawhar storiċi mferrxin ma’ kull rokna tal-Gżira u sa ftit ilu kien għad kellna l-iktar Forti imponenti – Sant’Anġlu u Sant’Iermu – fi stat mitluq u abbandunat. Jaqbel miegħi l-interpellant li fl-aħħar snin ġbidna ħabel wieħed sabiex iktar siti ġew rrestawrati.


Intant, ninsab infurmat illi l-Fortizza tinfetah ghal attivitajiet partikolari u b’appuntamenti speċifiċi.

Seduta  276
11/11/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...