14.5.17

F’hiex ġejna.


1. L-eventi ta’ din il-ġimgħa komplew għamlu l-ħsara politika lil pajjiżna. Kull poplu jkollu l-problemi interni tiegħu. Ebda stat ma jista’ jaħrab minn dan. Biss dak li qiegħed iseħħ fil-preżent magħna huwa uniku. Kull Prim Ministru jaf li meta jkun hemm allegazzjonijiet serji kif għandna hawn irid jieħu ħsieb li jgħażel l-interess tal-pajjiz mhux tiegħu. Jgħażel li ma jintilifx il-kredtu li għal raġuni jew oħra nbniet għalina. M’huwiex aċċettabbli fi stat modern, demokratiku, Ewropew li jitħallew isiru dawn l-affarijiet. Il-verità hija li r-reputazzjoni tagħna bdiet tieħu daqqiet mortali.



Abbandun tad-dmir

2. Diġà l-kwistjoni tan-nepotiżu u l-korruzzjoni kienet qed tiġbed l-attenzjoni tal-medja internazzjonali. Imma meta wieħed jikkonsidra li pajjiż bħal tagħna li ġġieled tant biex ikollu huwa wkoll il-Presdienza tal-Unjoni Ewropea jsejjaħ ħesrem elezzjoni ġenerali fiha, din tikber. Għax, l-ewwel, m’għandekx issejjaħ elezzjoni ġenerali waqt li tkun qed tmexxi l-Presidenza. It-tieni, m’għandekx żgur tmur għaliha u tabbanduna dmirijietek waqt li għaddej il-proċess tan-negozjati tal-ħruġ tar-Renju Unit u b’numru ta’ elezzjonijiet kruċjali fl-Ewropa. It-tielet għax b’dan l-aġir tkun qiegħed turi li hemm iktar milli qiegħed jidher fil-wiċċ.

Growing corruption Scandal

3. Tul l-ġimgħa li għaddiet għalhekk dak li qiegħed jidher li qed isir internament qiegħed isib ruħu fil-gazzetti Ewropej. Il-gazzetta Ewropea influenti The Guardian qalet hekk “The Mediterrean Island state’s Presidency of the EU, which began in January has been rocked by allegations of money laundering and kickbacks.” U kompliet, “Malta’s embattled prime minister Joseph Muscat, is facing a growing rebellion in Brussels, where MEP’s are openly calling for his departure amid a growing corruption scandal involving his wife, a Panamianian Shell company and alleged payments from the President of Azerbaijan’s daughter.” Kliem li jitkellmu waħedhom u m’ għandhomx bżonn spjegazzjoni.

Prijorità nazzjonali

4. Din il-kwistjoni m’hix sejra tieqaf hawn. Għadha kif bdiet u qed tiġbor ferm aktar attenzjoni negattiva għalina. Kif l-anqas ma hija ta’ wisq ġieh li l-Prim Ministru jiġi mitlub għat-tieni darba b’ittra sabiex jidher quddiem il-kumitat tal-Parlament Ewropew li qed jinvestiga l-kwistjoni Panama. Anqas ma hija ta’ ġieħ li jibqa’ jirrifjuta. Ma hemm xejn li jista jżommu milli jmur u jiffaċċjhom. Il-verità hemm bżonn li toħroġ urġentement barra. Il-poplu tagħna dan ma jagħmillux ġieħ u jixraqlu li jkollu ferm aħjar.  Hemm għalhekk in-neċessità għall-ġid tagħna lkoll li isem pajjiżna jiġi mnaddaf u lliberat minn kull dell ikraħ li għandu bħalissa fuqu. Din hija prijorità nazzjonali fl-isem l-istess nazzjon tagħna.

Qatt ma rajna bħalhom

5. Kollox wara jkompli jiżdied. Bħall-mozzjoni li ġiet ippreżentata fil-Parlament Ewropew mill-membri parlamentari tal-Partit tal-Ħodor sabiex is-sitwazzjoni f’pajjiżna tiġi diskussa urġentement. Għax nafu li kif wieħed jibni fama ħażina allura jikbru ħwejjeg oħra li fihom pajjiżna jkompli jlaqqat daqqiet oħra. Bħal ma smajna minn Ministru ta’ Stat Reġjonali Germaniz u parti mill-Partit Soċjal-Demokratiku Norbert Walter Borjan li fetaħ attakk fuq s-servizzi finanzjarji tagħna. Xenarju li qabel ma rajniex bħalu. Mhux biss imma b’dak li qiegħed jiżviluppa l-ħin kollu hawn ma aħniex f’posizzjoni li niddefendu ruħna imma li biss naċċettaw passivament.

L-aqwa

6. Ma aħniex fl-aqwa tagħna. Bhal ma anqas aħna mmexxija mill-aqwa Gvern. Anzi, għal min jgħarbel, sejrin direttament ferm iktar l-isfel milli qed naħsbu. Ir-reputazzjoni politika, soċjali u ekonomika tagħna qed issofri u ser jkun iebes biex nerġgħu nġibuha lura. Iktar u iktar issa li l-ewwel hemm numru sew ta’ politiċi b’esperjenza fil-partit tal-Gvern li mhux ser jerġgħu joffru s-servizzi tagħhom u t-tieni li hemm oħrajn li kienu jidhru tant ileqqu qabel fl-2013 li issa fl-2017 marru lkoll fuq il-matt. Għax m’hemmx dubju li t-tluq ta’ żewġ politiċi partikolari bħal Dr. George Vella u Louis Grech ser jaffettwaw aktar l-istabilità interna tal-kabinett. Fuq dan għalhekk dak li qiegħed jiġi offrut illum mill-Partit Laburista ħadd ma huwa ser jemmen li huwa l-aqwa kabinett  fl-istorja.

Demokrazzija, Paċi u Stabbilità

7. Sejrin għalhekk f’elezzjoni ġenerali mimlija inkwiet. Sejrin diġà f’baħar imqalleb u minn dak li qiegħed jidher dan mhux ser jikkalma imma sejjer imur lejn iktar maltempati qawwijin. Iktar mal-jiem jgħaddu iktar ix-xenarju jinbidel. Il-Gvern li kien tant b’saħħtu u sod issa qiegħed iħoss it-tmermir u l-abbandun. Il-poplu huwa għalhekk iktar minn qabel inkwetat dwar dak li kien igawdi tant tajjeb. Hawn ħafna li qed jaraw li għandna theddid varju lid-demokrazija, il-paċi u l-istabilità tagħna. Pedamenti li huma essenzjali biex nimxu fil-progress veru. Proprju għalhekk li qed nifhmu fejn ġabna ħaddiehor li għandha tikber iktar d-determinazzjoni tagħna sabiex dak li għad għandna ma nitilfuhx u nġibu lura dak li tlifna.      

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...