8.10.19

RAPPREŻENTANZA PERMANANTI TA’ MALTA GĦAN-NAZZJONIJIET UNITI F’ĠINEVRA - ĦIDMA


  
10561. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma saret mir-Rappreżentanza Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti ta’ pajjiżna ġewwa Ġinevra fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?

17/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Rappreżentanza Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti ta’ pajjiżna ġewwa Ġinevra kopriet total ta' 278 laqgħa fl-ewwel erba' xhur tal-2019. Ta' importanza partikolari, hija l-parteċipazzjoni attiva tal-Missjoni fl-40 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC) mill-25 ta' Frar sal-24 ta' Marzu 2019, fejn twasslu seba' stqarrijiet, kif ukoll fl-74 Sessjoni tal-Kumitat Permanenti tal-UNHCR ta’ bejn il-5 u s-7 ta' Marzu 2019 fejn ġiet mogħtija wkoll dikjarazzjoni. Il-Missjoni wettqet preparazzjonijiet għat-33 Sessjoni tar-Reviżjoni Perjodika Universali (UPR) li saret f'Mejju 2019. Il-Missjoni kompliet tipprovdi assistenza konsulari lill-komunità Maltija li tgħix fl-Isvizzera, kif ukoll appoġġ loġistiku lil delegazzjonijiet tal-gvern li jivvjaġġaw fuq xogħol għal Ġinevra.

Seduta  250
07/10/2019



No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...