16.10.19

PORT IL-KBIR - TINDIF




10793. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex kemm jista' jkun il-baħar fil-Port l-Kbir jitnaddaf?

01/07/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, f’Malta għandha kuntratt ma’ kuntrattur speċjalizzat li jiġi msejjaħ meta jkun hemm il-bżonn li jinġabar żejt jew ammont kbir ta’ skart jew “flotsam” mill-baħar li jista’ jkun ta’ periklu għan-navigazzjoni. Il-kuntrattur imsemmi jrid ikun pront erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jipprovdi dan is-servizz meta jiġi msejjaħ. Każijiet ta’ tixrid ta’ żejt jiġu wkoll mgħoddija lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-azzjoni neċessarja.
F’ċirkustanzi normali ta’ skart li jiġi rraportat fil-baħar, l-Awtorità tinforma lid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni biex tittieħed azzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jinġabar.
Barra minn hekk, kull proġett li qed isir f’żona marittima qed ikun suġġett għal skrutinju mill-Awtorità tal-Ambjent. Il-proċess jinkludi li jittieħdu kampjuni mill-materjal li jkun ser jittella’ mill-baħar u jintbagħat barra minn Malta għal analiżi xjentifika.Skont ir-riżultati jiġi speċifikat il-metodu li għandu jintuża biex jintrema l-materjal inkwistjoni.

Bħalissa għaddejjin ukoll tħejjijiet biex fiż-żmien li ġej partijiet mill-Port il-Kbir jitħammlu.Din hi miżura li biha ser inkunu qed inneħħu ammont sostanzjali ta’ materjal li nġemgħa fil-Port u permezz ta’ hekk inżidu l-pixka tant meħtieġa għall-bastimenti.

Seduta  254
15/10/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...