9.10.19

RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA




10786. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola primarja f'Raħal Ġdid tul dan is-sajf?

01/07/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja f’Raħal Ġdid dan is-sajf kienu:

·              Gradi tal-ħadid ġodda.
·              Tiswija fil-faċċata tal-iskola.
·              Xogħol ta’ plumbing
·              Faċilitajiet sanitarji ġodda
·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Tiswija fis-soqfa

Seduta  252
09/10/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...