6.12.23

RILOKAZZJONI TA’ PERSUNI

13933. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati rifuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni tul l-2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

28/11/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Infurmat li ġew rilokati 163 persuna lejn Membri Stati oħra li talbu protezzjoni tul l-2022 u l-2023 sal-ġurnata tal-lum. Fl-istess perjodu, ġew risistemati lejn pajjizi terzi 44 persuna oħra li kienu talbu protezzjoni jew li kienu ngħataw protezzjoni.

Ninsab ukoll infurmat illi bejn l-2022 u l-2023, 479 persuna li kienu daħlu f’pajjiżna b’mod irregolari ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom; 195 fl-2022 u 284 fl-2023.

 

Seduta  186

05/12/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...