1.12.23

MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR - IMPLIMENTAZZJONI TA' DIRETTIVI TAL-UE

12964. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar matul l-2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

01/11/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninsab infurmat li hemm bosta Direttivi, kif ukoll Regolamenti tal-Unjoni Ewropea li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar jimplimenta fil-funzjoni tiegħu ta’ kuljum. Fis-sena 2023 ġiet trasposta d-Direttiva (UE) 2021/1187 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’  Lulju 2021 dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) permezz ta’ leġislazzjoni sussidjarja ġdida L.S. 552.32 fil-Liġi ta’ Malta. Ninsab infurmat ukoll li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux  traspożizzjonijiet pendenti għall-2023.

 

Seduta  182

28/11/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...