18.12.23

MARSASKALA – DAWL FIT-TOROQ

14024. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba d-dawl fit-triq l-antika ta’ Marsaskala huwiex jinxtegħel regolarment, billi hemm ilmenti varji li ma huwiex u dan b’detriment għas-sewwieqa varji u dawk li jużawha?

 

01/12/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija l-Enemalta bidlet is-sistema kollha tad-dawl tat-triq (street lighting) inkluż saru arbli ġodda b’lampi LED, li jikkunsmaw ferm inqas enerġija minn dawk konvenzjonali u għalhekk jiġġeneraw inqas emissjonijiet. Infurmata li l-installazzjoni hija prattikament kompluta u mixgħula, ħlief għal ftit arbli li ser jinxtegħlu fil-jiem li ġejjin.

 

Seduta  188

11/12/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...