18.2.14

KAŻIJIET TA' ANNULLAMENT TA' ŻWIEĠ.



7781. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il każ ta' annullament taż-żwieġ ġie ppreżentat fil-Qrati ta' Malta u Għawdex tul l-aħħar sentejn u kemm minnhom diġà ġew deċiżi? Jista' jindika kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda? 
07/02/2014

ONOR. JOSEPH MUSCAT: B’riferenza għall-mistoqsija numru 7781,
Qrati ta’ Malta
In-numru ta’ każijiet ta’ annulament taż-żwieġ li ġew ppreżentati u deċiżi fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja, Malta) tul l-aħħar sentejn huwa kif hawn taħt muri:

Sena
Ippreżentati
Minnhom ġew deċiżi 
Minnhom ġew Ċeduti
Annullamenti Milqugħa
Annullamenti Miċħuda
2012
42
17
3
12
5
2013
23
0
1
0
0



Qorti ta’ Għawdex
Mill-11 ta’ Frar 2012 sal-11 ta’ Frar 2014 ġew preżentati żewġ każijiet ta’ annullament ta’ żwieġ fil-Qorti ta’ Għawdex li t-tnejn li huma ġew milqugħa.

Seduta 120

17/02/2014

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...