6.7.23

LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – RAPPORTI MILL-OFFENDER ASSESSMENT BOARD

9945. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diskussi u ppreparati ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi rapporti mill-Offender Assessment Board matul is-sena 2022?

 

08/06/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Infurmat illi fis-sena 2022, tlieta u erbgħin (43) rapporti ġew diskussi u preparati mill-Offender Assessment Board ai termini tal-Liġi. Dan jinkludi rapport li ġie diskuss u preparat wara li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet dwar dan.

 

Seduta  139

27/06/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...