6.7.23

FGURA – TRIQ IL-KARMNU – ROUNDABOUT

10484. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li r-roundabout li hemm kif toħroġ minn Triq il-Karmnu, fil-Fgura, int u sejjer lejn Ħal Tarxien, tiġi mnaddfa u mqiegħda lura għall-pożizzjoni li kienet?

 

26/06/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura illi r-roundabout imsemmija taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastruttura Malta.

 

Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-Interpellanza tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  142

04/07/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...