10.4.21

RESOURCE SUPPORT SERVICES - ĦIDMA

 15335. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mir-Resource Support Services tul is-sena li għaddiet 2019 u kemm din ġiet tiswa?

 

04/06/2020

 

ONOR. ROBERT ABELA:  

Ħidma tal-RSSL matul it-2019

 

Il-Kumpanija Resource Support & Services Limited, li twaqqfet fl-2003 kompliet toffri xogħol alternattiv lill-ħaddiema li jiġu iddikjarati “surplus” fl-entitajiet governattivi.  Il-ħaddiema qed jiġu rilokati f’entitajiet tal-Gvern, Dipartimenti u Kunsilli Lokali.  Il-Kumpanija toffri wkoll opportunitajiet ta’ taħriġ lil dawk il-ħaddiema li jkunu jridu jżidu fil-ħiliet tagħhom u hekk ikollhom opportunitajiet li jsibu xogħol alternattiv permanenti.

Barra mix-xogħol li semmejna, matul is-sena li għaddiet l-RSSL:

1.            iffirmat Ftehim Kollettiv mal-GWU għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2024, li permezz tiegħu l-ħaddiema ngħataw żidiet fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet.

2.            Kompliet bil-proċess ta’ mpjieg ta’ numru ta’ ħaddiema tal-Airmalta li applikaw wara li ġew offruti skema biex jieħdu mpjieg mal-RSSL.  Din l-iskema kienet waħda volontarja u kienu ġew rilokati 38 ex impjegati ta’ l-Airmalta plc.

Finanzi

L-operat tal-Kumpanija matul is-sena 2019 sewa s-somma ta’ €11,751,689 li minnhom €11,621,102 kienu pagi.

 

Seduta  350

30/06/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...