11.4.21

ĦAL GĦAXAQ – PROĠETT TA’ HOUSING

 16483. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-housing ta’ kwalità f’Ħal Għaxaq fejn jikkonċerna l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-proġett ra l-bidu tiegħu sentejn ilu u sal-lum ir-residenti jixtiequ jkunu jafu meta se titlesta l-imsemmija blokka, inkluż l-istallazzjoni tal-lift?

 

06/10/2020

 ONOR. RODERICK GALDES:  Ninsab infurmat illi x-xogħol ta’ kostruzzjoni li kellu jsir fix-xaft b’rabta mal-installazjoni ta’ dan il-lift, liema xogħol beda ħdax-il xahar ilu, tlesta fil-ħin stipulat.

Il-parti ta’ kostruzzjoni ġiet segregata u magħluqa b’mod sigur sakemm issir il-konsenja tal-lift u dan biex l-installazzjoni tkun tista’ tipproċedi.

Ġejt infurmat ukoll illi t-tender li jirrigwarda l-installazjoni tal-lift qiegħed fil-proċess li jiġi aġġudikat.

 

Seduta  378

26/10/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...