27.5.20

IDENTITY MALTA - DIXXENDENTI MALTIN LI JGĦIXU FIT-TUNEŻIJA, FL-EĠITTU U FL-ALĠERIJA

14286. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11645 issa li għaddew l-emendi relattivi humiex ser jiġu infurmati d-diversi Maltin li jgħixu barra senjatament dawk fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu bit-tibdiliet relattivi sabiex ikunu jistgħu japplikaw? Jista’ ukoll jikkonsidra li jkun hemm rappreżentazzjonijiet ma’ Identity Malta biex dan isir mingħajr komplikazzjonijiet?

 

04/05/2020

 

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħa nota tal-emendi fil-liġi kif indikati fil-mistoqsija parlamentari, u qiegħed jinforma lill-Ambaxxati rispettivi Maltin bid-dettalji tagħhom. Madankollu l-Ministru jixtieq jiġbed l-attenzjoni għal fatt li għall-finijiet ta’ dixxendeti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu rispettivament is-sitwazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza tibqa l-istess bħal din indikata fit-tweġiba parlamentari nru. 11645, jiġifieri li dawk il-persuni li għal raġunijiet storiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-iStat, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara  ta’ passport, dawn issa se jkunu mogħtija l-possibbilta’ li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija. Dan jibqa’ sottomess għad-diskrezzjoni tal-Aġenzija Identity Malta li każi ta’ dan it-tip titrattahom każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi.

 

Seduta  335

26/05/2020


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...