4.4.19

UNIVERSITÀ TA’ MALTA – TRANĠAR TAL-KMAMAR TAL-BANJU




9192. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università li huma aċċessibbli kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?

25/02/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ikkomunikat fir-risposti għall-mistoqsijiet preċedenti, il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università ser jiġu sostitwiti matul is-sena 2019. Għaldaqstant, infurmat li tħejjew il-pjanti ta' dawn il-kmamar tal-banju u bħalissa qegħdin fil-proċess sabiex jitħejja t-tender għal dawn ix-xogħlijiet.

Seduta  210
25/03/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...