31.5.12

Id-diskors tiegħi fil-Parlament il-bieraħ filgħodu

Dan huwa id-diskors tiegħi fil-Parlament fis-seduta tal-bieraħ filgħodu li matulu tajt rendikont tax-xogħol kollu li sar mill-Ministeru tal-Intern fl-aħħar erba' snin u tajt prova kemm il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni kienet bla bażi. 

Nistedinkom tisimgħuh, għalkemm huwa kemmxejn twil.

Biex tisimgħu il-clip, ikollok bżonn il-plugin neċessarju, bħal Quicktime. Imbgħad kemm tagħfas fuq il-buttuna tal-"play"


9 comments:

Unknown said...

Qieghed nisma d-diskors qawwi, informattiv u, fuq kollox, seren tieghek il-bierah fil-Parlament li int baghatli permess tal-blog tieghek.

Ghadni wasalt biss fit-42 minuta tieghu imma, qabel ma nkomplih, ma statjx ma niqafx biex naghmel, kif tlabtni, dawn il-ftit kummenti.

Waqt li kont qieghed nisma diskorsok ma stajtx intajjar minn mohhi hsieb partikulari: dan hu li - u dan nghidu bla ma naghmel ebda paragun ghax dan hu mpossibbli - kwazi elfejn sena ilu kien hemm Persuna ohra li wkoll giet akkuzata ngustament, li ma semghux id-difisa serena taghha u li giet kkundannata ghax ghamlet biss il-gid.

Int ukoll Karm - jekk tippermettili nsejjahlek b'ismek - irnexxielek mhux biss tiddefendi lilek innifsek b'abbilta kbira, imma dan ghamiltu b'diskors car u helu u bla ma weggajt lil hadd, l-anqas lil dawk li kienu quddiemek u li kienu qieghdin jakkuzawk injustament. Dan ghalijja jixhed, fost valuri ohra, il-valuri qawwija Kristjani tieghek u ghandek biex tkun kburi b'dak kollu li ghamilt. Dan mhux qed nghidu biex nincensak imma ghax vermament nemmen li hu hekk.

Jien cert li, bhali, hemm eluf ta' Maltin u Ghawdxin li bil-mod ta' kif int agixxejt qabel, waqt u wara id-dibattitu opportunist fl-ghola istituzzjoni ta' pajjizna, int kabbart mhux ftit l-istima tajjba hafna tieghek, tal-familja li int iggor il-kuljom taghha, u wkoll tal-partit politiku li inti timmilita fih u li int u tieghek tant tajtuh matul iz-zmien - u li jien cert li ghad int trid tkompli ttih.

Prosit u grazzi,

Alfred Fiorini Lowell

Edward said...

Nixtieq nure l-appogg mieghek Dott. Eddie kien dejjem jghid li is-sewwa tirbah zgur. Malta kollha taf li il-familja Mifsud Bonnici hija familja rispettabli u int is-successur denju ta' nannuk u ta' missierek.

Karl Galea said...

Thank you for the hard work and inspiration you have been so far. I am sure there is much more to come.

KG said...

A big thank you for the great politician you are.

dominic vella said...

ghaziz carm ghamel kuragg. naf li dan hu mument difficli ghalikk u ghal familja tieghek. jien nemmen li sewwa jirbah zgura. tista tider li int telif bhalissa , imma storja ghad tridd turi mod differenti. awguri

Carm Mifsud Bonnici said...

Nirringrazzjakom ħafna għall-kummenti ta' inkoraġġjament. Napprezza ħafna.

Ray said...

Dr Carm Mifsud Bonnici. I am so sad for what happened to you. You surely do not deserve this.

Toni Schembri said...

Nixtieq li nirringrazzjak ta` kollox. Ma jimportax li semmejtni fil-Parlament. Jien hasejtni offiz meta tisma kumment kif ghamel Dr. Falzon. L-argument li ghamel Dr Falzon hafna nies interpritawh li dak li jien qieghed niehu bhal hlas gie imnaqas mil-edukazjoni. Zgur li Dr Falzon ma ridtx jifthem hekk pero hafna femuh hekk. Ghaziz Dr Carm ghamel kuragg int ghandek ir-rispett ta` hafna minn kull kulur politku. Prosit tax-xoghol li ghamilt, il-gid li ghamilt ghadd jidher il-quddiem. Grazzi

James said...

Ghamilt unur mhux biss lill-isem missirijietek imma lil kull min afda fik fl-elezzjonijiet li ghaddew. B’dan id-diskors mhux talli urejt ix-xoghol kollu li ghamilt tul din il-legislatura imma kont xempju ta’ kif wiehed ghandu jgib ruhu fix-xena politika. B’ghemilek xhedt bosta valuri li kulhadd ghandu jammira u urejt bl-ezempju, l-efficjenza, u l-umiltà ta’ bniedem veru u onest. Urejtna il-veru tifsira tal-frazi “kull min jitkabbar, jiccekken; u min jiccekken, jitkabbar”. Prosit u grazzi ta’ kollox.

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...