34082. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32338 u 32739, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Report ġewx implimentati? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati peress illi qed titqajjem preokkupazzjoni dwar dan?
03/02/2026
ONOR. CLIFTON
GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li
l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
1. Id-Direttorat tal-Kwalità u Standards
f-Edukazzjoni jagħmel external Review. L-external review sar u matul dan
ix-xhur, l-istess Direttorat fassal u żviluppa framework ta’ external review li
se jibda jintuża f’dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-mudell se jiġi varat f’din
is-sena skolastika
2. Isiru diskussjonijiet maċ-Child Safety u
Child Protection dwar il-każ. Id-diskussjonijiet saru u ma kienx hemm bżonn ta’
investigazzjoni ulterjuri
3. Jitfassal qafas regolatorju għall-ABA. Saru
laqgħat bejn stakeholders neċessarji u qed jitlesta rapport.
04/03/2026
No comments:
Post a Comment